Il-bloggisti qed jingemghu, u ghal din l-okkazjoni ktibt dan l-innu li jitkanta fuq Another brick in the wall tal-Pink Floyd
M’ghandniex bzonn nuzaw gazzetti
M’ghandniex bzonn TV u radjijiet
Minghajr studios w ufficini
Xorta nxandru l-bloggijiet
Oj medja, xorta nxandru taghna l-bloggijiet
Kif qtajniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
Bellahniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
X’nambu l-medja prepotenti
Bla riklami inkampaw
B’ebda bord editorjali
Bla censura nibbloggjaw
Oj medja, bla censura arawna nibbloggjaw
Kif hsadniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
Kessahniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
Dan li qed nikteb hu spirat mill-kummenti ta’ Immauel Mifsud fi bloggata antika u ohra ricenti tieghu. Ovvjament ghandu ragun meta joqghod lura milli jsejjah dan il-fenomnu tal-ibbloggar bhala rivoluzzjoni. Il-bloggisti jew il-bloggajja kif sejhilhom hu, huma varji u r-ragunijiet taghhom ghala qed jibbloggjaw ivarjaw minn narcisizmu sa zbokk psikologiku u emottiv mis-solitudni li saret toffri il-hajja moderna. Mill-blogg taghraf x’inhu l-bloggaj minkejja li bosta minnhom ikunu anonimi. L-anonimita fil-bloggijiet hija fattur ukoll indikattiv li l-bloggajja ihossuhom mheddin minn xi elementi fis-socjeta’. Bhal maskerati fil-karnival johorgu jizzuffjettaw mis-sistema ghaliex fil-hajja ta’ kuljum taghhom dan ma jistghux jaghmluh. Bloggisti ohrajn ihossu li ghandhom xi jghidu u jibbloggjaw hsibijiethom b’mod ftit iktar impenjattiv.
Il-blogg mhuwiex invaziv bhat-TV u r-radju u lanqas m’ghandu l-permanenza tal-gazzetti. Zball ikun accettat iktar u l-informalita’ hija l-karatteristika ewlenija f’hafna mill-bloggijiet. Is-sabih tal-blogg hu li mhuwiex stituzzjoni u m’ghandux regoli stabbiliti hlief mill-awtur innifsu. La hu sit webiku, la hu ktieb u lanqas hu notizzjarju imma fl-istess hin kapaci jkun kollha f’daqqa.
Il-boggosfera Maltija ghadha ckejkna wisq biex wiehed jiddetermina x’impatt ghandha fuq il-hajja socjali u l-hajja politika lokali. Il-blogg ezattament ma jiffurmax crieka ta’ nies bhalma ssib fil-hwienet fejn jiltaqghu l-hbieb ghaliex x’aktarx kull bloggista ghandu l-agenda tieghu. Imma l-fatt li tista’ timposta l-kummentarju tieghek biex jaqrah minn irid filwaqt li tittawwal u tnemmes fil-bloggijiet ta’ ohrajn sempliciment ghal kurzita’ jew inkella ghax jinteressawk il-kummenti ta’ haddiehor, taghmel lill-bloggosfera post ecitanti tassew. Dak kollu li jinghad u li jidher fuq il-bloggosfera jinfluwenzana bl-istess mod ta’ kif jinfluwenzana kliem xi hadd li niltaqghu mieghu fit-triq jew f’xi konversazzjoni fuq it-telefon. L-effett tal-ibbloggar x’aktarx ikun difficli biex nikwantifikawh ghax mhuwiex differenti mill-interazzjoni normali fil-hajja ta’ kuljum. Ma nahsibx li se nwarrbu il-hanut tal-kantuniera biex noqghodu npacpcu biss fil-pagni elettronici tal-bloggosfera.
Jien nispera li l-bloggosfera Maltija tkompli tithawwar b’iktar elementi differenti biex taghti xiehda tad-diversita’ lokali minghajr ma ssir xi mostru tal-parrokkjalizmu u l-fanatizmu indigenu Malti. Ghalkemm jien nahseb li erbat ijiem ohra l-politiku jkollu tabilfors jibda jitnemmes fil-bloggijiet biex ikejjel u jqejjes xi kampjun mill-opinjoni pubblika. Tal-gazzetti diga bdew ixammu ‘l hawn u ‘l hemm ghal xi storja u f’kemm ilni nghidilkom daqt nispiccaw fuq iz-Zuppardu Xow.
Jekk jogghobkom, il-paparazzi johorgu barra u jaghlqu l-bieb warajhom.
3 comments:
Ħadt pjaċir nkanta l-innu, prosit :-)
U b'hekk għandna l-"innu" uffiċjali?
L-ahwa, tinsewx issaffru s-solo.
Post a Comment