18.5.05

Umilissima Harruba

B'dedika lill-memorja ta' Julian Manduca u x-xoghol siewi tieghu fil-glieda favur l-ambjent.

Kemm ghaddejt minn hawn
u mxejt fuq it-tapit perenni
fil-palazz tieghek imlibbes in-natura
biex nersaq lejk bil-mod il-mod...
Harruba Xiha

B’xuxtek mifruxa sa tghatti
il-koppla smewwija li tinkurunak
int tibqa’ umli
u int li frixt gheruqek sa minn zmien il-kavallieri
biex tindokra generazzjonijiet shah ta’ hlejjaq
tigi tistmani daqsek
ghax f’palazzek bibien m’ghandekx
u libru nidhol jien minn kull naha
biex inkellmek meta rrid
u int tismaghni dejjem

Imma aktar jien imxennaq ghal gherfek
noqghod tahtek herqan
biex nisma’ l-istejjer tieghek taz-zmien imghoddi
mitluf nissemma’ ghall-ghanjiet tieghek
li jirrakkuntaw is-sliem u l-glied
u l-biza’ mill-furbani
u nisimghek tkanta l-ballati
ta’ meta t-tajr azzarjat
rieghed l-art u s-sema
u gab mieghu ix-xita tal-hadid jahraq
u mal-majjistral ukoll iddoqq il-kantileni
ta’ meta gew l-ingenji wikkiela
u thanzru u ffangaw fil-palazz
abbundanti tieghek
biex hallew madwarek
roqgha wahda biss

U minkejja li taf li ghad tigi l-gaffa
u tmiddek
int tibqa’ tippriedka l-gmiel

1 comment:

Rutubet İnfo said...
This comment has been removed by a blog administrator.