30.3.05

l-ghanja ta' passagg il-mewt

L-ghanja ta’passagg il-mewt

B’solidarjeta’ ma Terri Schiavo


Fit-triq li rrid nimxi
Hemm hofor li jkiddu ‘l riglejja
Hemm telghat li jtaqqluni
U nzul li jgerrbuni

Jigu xi whud jilqghuni u jghinuni
Jakkumpanjawni fit-toroq mwiergha
Ohrajn jigu jfixkluni
U jitfghuni f'mghodijiet mtarrfa
U gieli sibt ruhi wahdi
inkaxkar saqajja
Jo nhaffef passija
U gieli sibt proxxmu ma’ min nghid xi kelma
Jew wahdi nitkellem go fija

U t-triq li qbadt issa
ftit jiena niftakar
minn meta
u kif kien
illi bdejtha
Hlief meta mxejt m’ommi u missieri
U qaluli mnejn gejt
Irrakkontawli l-istejjer tal-bidu
Ta’ dit-triq li sejhulha “il-hajja”
U kif tajt l-ewwel passi fil-wita
U kif grejt ghall-inzul
u thabatt u sfurzajt ghal mat-tlajja’

U gie zmien meta kollox rajt wati
Meta t-triq donni nsejtha u mxejtha bla kas
U l-hbieb li ltqajt maghom ferrhuni
U fija injettawli il-hajra ghall-hajja
l-elizir li xrobt maghhom webbilni
ghat-triq eternali
u f’sakra terraqt terraqt u terraqt
gawdejt ziffiet ir-rebbiegha zaghzugha
tbaskatt u xxemmixt fis-sjuf infernali
tal-holm u xenqiet karnali
u b’nifsi maqtugh irzettajt
ghar-rdoss tas-sigar fil-harifa
u ghannejt il-ghanja tat-triq twila
li f’mohhi fassalt u ppjanajt biex interraq
nimtela bir-riha tal-bidla
tal-arja friska u gdida

Wara l-harifa, ix-xitwa
Ftit kiefra ghal-mixi
Bil-glata zellieqa li tiksi t-triq
Bis-sigar mnazzgha
Bl-ajru imtaqqal
Bir-rjieh ingazzati
Passija mtaqqal
Rkopptejja maghtura

Bla ma naf
Sibt ruhi nirtaqad
Nitkebbeb go fija
Nitghannes, nitheddel
It-triq ma rajtx aktar
Ir-rih ma hassejtx aktar
Il-kliem u t-tahrik
Ma gejtx bzonnhom aktar
U fil-genb sibt ruhi mkebba
Mitlufa minn sensija
Xi whud qalu dalwaqt se nispicca
Ohrajn ittamaw fija

Bla hadd biss intebah
Bla hadd biss induma
Li f’mohhi u f’qalbi
Sibt ruhi nterraq triq ohra

Imbazza’ xi naqra
Imhawwda u kiebja
Inhares madwari biex nifhem
Biex nidra, biex nidba

Hassejtni bhal f’guf
F’dik id-dalma heddiela
Hassejtni nitbaddal
Nitbennen, imdawra bl-arja wenniesa
imbaghad
Tahbit smajt u biki
Li gej minn x’imkien ftit ‘il boghod
Bezzaghni xi naqra, inkwetani
U smajt min isiehli
Biex lura indur fit-triq illi kont

Imkebba kif jiena f’dil-hedla mewwieta
La nista’ inwegibhom, la nista’ insellmilhom
U rrid kieku lura indur, inqum u nitmattar
Ninfetah u nohrog mir-raqda
Mma ma nistax, ma nistax
U l-helda haditni lura nitwennes
Fil-guf li jnemnimli l-wegghat
Li jerfa’ iz-zmien
U qisu bhal irid jhejjini
Ghal vjagg li jehodni x’imkien

Bil-mod, naqra naqra
nhossnii ncedilu
nhossni nintreha f’dal-guf
u nisimghu jghannili n-ninni nanna
u jraqqadni u jraqqadni

mma kif nista’, kif nista’?
ghax bdew iharrkuni, bdew ikellmuni
u f’halqi u f’rasi u f’idejja
dahhluli pajpijiet, labar, siringi
u kkonnettjawni mal-magni bil-wajerijiet
refghuni minn posti u garrewni
jriduni nissokta bil-vjagg li kont qbadt
jriduni nharrek idejja u ghajnejja
ma jistghux igerrghuha
kif f’genb it-triq
jiena
mort
irqadt

29.3.05

* * * * * * * *

Eh... ghadni stordut!