30.4.05


IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI p2 (biex tkabbar il-pagna ikklikkja fuq il-pagna) Posted by Hello

Xbihat ta' nies koroh.

Impostajt it-tieni pagna tat-TKS tard illum ghax bqajt rieqed. Il-bierah kelli attivita’ fil-ghaxija fejn kelli npengi l-ucuh sbieh tal-mistednin u naghmilhom koroh. Is-soltu jkunu barranin imma din id-darba kienu Maltin. Sfortunatament man-nies sbieh kien hemm il-koroh u dawn kienu l-politici makkjavelici taghna. Naturalment ma gietni ebda xewqa biex lil dawn inpengihom sbieh. Anzi, nghid is-sewwa, lanqas biss indenjajt nersaq vicin taghhom ghax (barra l-hars bl-istalletti li bdejt naqla’) bzajt li nlaqqat xi virus antipatku bhall-ipokrezija. Mal-politici koroh kien hemm is-sultan taghhom. Lill-maesta’ tieghu jien ma pengejtlux wiccu lbierah imma kif qed taraw, naf insib l-opportunita meta rrid.

29.4.05


L-ewwel pagna mill-istrixxiklu IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI. (biex tkabbar il-pagna ikklikkja fuqha) Posted by Hello

It-Tmien Kapurjuni Straordinarji p1

Dan l-strixxiklu nhadem ftit qabel l-elezzjonijiet tal-parlamentari Ewropej fl-2004. B'kollox fih tuzzana pagni u se nibda nimpostahomlkom f'dan l-ispazzju pagna pagna, ghall-beneficcju ta' dawk li jhobbu jaraw lill-politici taghna kif inhuma tassew....jigifieri politikanti.

28.4.05


is-skiet Posted by Hello

iz-zmien.......

psewdo poezija mill-qighan ta' stordamentija

Iz-zmien

Habibi z-zmien ...
kemm lghabt mieghu
rqadt u hlomna flimkien
kemm drabi gie bil-qieghda hdejja
u grejna fit-toroq u fl-ghelieqi

U qatt ma kien jistahba
hlief meta lghabna noli
u kulfejn dawwart wicci kont narah
jixxabbat mal-kampnari jdoqq il-qniepen
jitbandal mal-pendlu
tal-arlogg fil-kuritur
jirkeb fuq is-saqaf tal-karozzi
u ggranfat mar-roti jdur jdur
dan siehbi z-zmien

kellimtu u ghajjatlu
u darba wiegeb mid-diwi tal-wied
u lehnu kien serju
donnu kiber u mmatura
donnu kiebi jew hosbien

Imbaghad bhal waqaf jilghab izjed
ma riedx joqghod jitlajja’ ma’ kull rih
ma riedx ikompli jdoqq u jkanta
u llarga naqra naqra
sakemm floku
introduca ruhu s-Skiet

U dan tal-ahhar rajtu mimli riflessjoni
rajtu mghobbi b’hsibijiet
u shab li resaq fuqu u ghatta x-xemx
u minflok jilghab ried biss joqghpod bil-qieghda
u jikkontempla u jsolvi it-tifsir
tal-univers

27.4.05


skizz li ghamilt f'daghdiegha jien u nibla' l-kafe kiesah Posted by Hello

26.4.05


tpengija li SKARTajt  Posted by Hello

19.4.05

kultura fit-titotla

Il-kummenti tieghi fuq il-kultura lokali ma jistghux ikunu accettati bhala validi minhabba li jien ghext f'distanza komparattiva minn dawk li kienu kompletament imghaddsin fiha. Dan gara minhabba l-limitazzjoni finanzjarja li dejjem kelli biex nattendi l-veni fejn isiru rapprezentazzjonijiet. Raguni ohra hija d-deficjenza edukattiva li dejjem kelli biex nifhem u napprezza b'mod profond ir-rikkezza jew in-nuqqas ta' rikkezza prezenti fis-socjeta taghna. Dan illimitali l-access biex niffrekwenta c-crieki li kienu qed ibaqbqu bl-gharfien u bl-entuzjazmu biex icaqilqu l-menti u s-sentimenti tal-poplu taghna.

Min-naha l-ohra meta harist lejja nnifsi u rajt x'aft indunajt li ma stajt qatt nilhaq livell fejn inkun parti mid-djalogu u hidma lejn l-zvilupp kulturali. Dan kollu ma kienx hazin ghall-ahhar ghax zammni lura milli ninqabad f'xibka ta' intellettwalita u pretensjonijiet li jgenglu bhal landa vojta. Dan mhux qed nghidu b'antipatija jew ghira lejn dawk li jipproducu l-arti imma bi kritika modesta biex niprova nigbed l-attenzjoni taghhom li l-espressjoni artistika qed tintefah u toghla 'l fuq u titbieghed mill-art fejn tghix il-maggoranza tal-poplu. Tentattivi saru biex it-teatru Manoel jiffrekwentah kulhadd . Jien wiehed minn dawk li meta attendejt u sibt li l-formalita tnaffar li dawk li mhumiex imdorrijiet biha. Allura jekk wiehed irird izomm il-Manoel formali u serju, l-attivitajiet ghandhom ukoll johorgu fil-pjazez, fil-kafejiet u fit-titotli. Punt interessanti li kien semma Paul Portelli l-attur, waqt id-diskussjoni jekk it-teatru l-imwaqqa' ghandux jinbena bhala parlament, kien qal li dan imissu ilu jintuza bhala vena aperta ghall-attivitajiet kulturali. Ghaliex hafna jfittxu l-postijiet li huma l-inqas accessibbli ghal dawk li ghandhom bzonn ikunu esposti ghall-espressjoni genwina artistika.

Hafna huma l-fatturi li jikkontribwixxi ghal dan. Wahda minnhom hija li llum hadd ma jahdimlek dawk is-sighat kollha ghal xejn. Ohra hija l-biza' li x-xoghol tieghek ma jkunx apprezzat bizzejjed. Ohra hija li wiehed jistenna li jkun ikkummentat jew ikkumplimentat minn xi kritiku gwapp f'xi gurnal u allura l-iskop ahhari forsi ikun, ir-rikonoxximent fic-crieki elevati tas-socjeta.

Il-kultura taghna l-maltin hija bhall-kcina taghna. Ftit nafu f'hiex tikkonsisti. Qed nieklu dak kollu li jigi quddiemna li ghandu tikketta ta' barra u li hu ppakkjat bl-isbah mod. La nafu x'inhi l-fatra taghna u lanqas irridu inkunu nafu. Nikkuntentaw billi nieku c-cerali pprocessat li nimpurtaw minn pajjiz in-nemex.

L-izvilupp tal-kultura kif ninfhmu jien bil-mod stordut tieghi jista jinbena billi nxerduh fostna u nikkultivawh, aktar milli nittantaw nesportaw ideat riciklati li diga kienu importat sa mill-bidunett.

14.4.05

Morsa

Jien u nimxi bil-barzakka fuq dari mimlija imbarazz tax-xoghol, il-pinen, il-karti, l-informatiku u d-diskompatti, nghid f'qalbi, kemn hi tal-ghageb it-teknologija imma fl-istess hin nilmenta kemm hiingumranti u tqila.

Ghalkemm nipprova nahseb u nirrifletti, mohhi jinbaram u jithabbel u ma nasalx ghal konkluzjoni cara. Izda nhoss li fil-hajja taghna iridu ngorru hafna imbarazz biex nghixu ta' bnedmin civilizzati. Inhares lejn l-arti ukoll nara kemm din tirrikjeti barzakki u bagolli biex finalment tassal quddiem udjenza, spettaturi jew qarrejja. Ir-rapprezentazzjonijiet drammatiki jirrikjedu pakkett imdaqqas mhux hazin ta' postijet fejn isiru il-provi, il-pubblicita u l-kirja tal-palk bl-arrangamenti kollha li jirrikjedi dan. Rumanz jew karikazin bit-tpengijiet kif inhobb naghmel jien, ukoll ghandu l-qartalla tieghu xi tqandel. Dan ghaliex kif jaf kull min jipprova jippubblika xi haga, difficli biex isib pubblikatur u meta ssib hemm cans li ma tigborx sehmek lura. Naturalment, l-iktar li qed nirreferi hawn hija l-arti riflessiva, ta' dik tal-persuna li qieset u xtarret qabel esprimiet ruhha u finalment irriproduciet xoghol matur u impenjattiv ghas-sensi tar-recivituri kif ukoll ghall-hsieb.

Allura, fl-ahhar mill-ahhar ikolli aptit innehhi l-barzakka minn fuq dari u nitfaghha f'xi skartiera biex nibda il-vjagg gdid li jwassalni ghall-possibbilta' ta' kif jien nista' nghix ta' bniedem u nesprimu ruhu ta' bniedem minghajr dan it-tqandil u t-tqanzieh kollu.

Bhal ma ghedt qabel, f'konkluzjoni ghandni ma wasalx.

8.4.05

Rakkont grafiku

Il-laqgha li kelli lbierah ma siehba Lorry kienet fertili hafna. Propjament konna qed niltaqghu biex nissoktaw bit-tifsil ta’ rakkont grafiku. Dan ghadu fl-infanzja tieghu imma x-xoghol tiela’ gmielu. Sadanittant jien qed nahdem fuq progett ta’ siehbi l-Guz li hu wkoll fil-forma grafika imma iktar umoristiku. Dan il-progett hu l-holma tal-Guz u tieghi ukoll u din tikkonsisti f’fuljett grafiku u komiku li jqajjem interess u gharfien dwar l-ambjent, l-istorja, il-kultura u l-hajja socjali ingenerali Maltija.

Dan il-fuljhett jinsab lest mix-xoghol kollu u lest. Qed jistenna biss li jsib xi stampatur/pubblikatur li jidhollu u jurih id-dawl tax-xemx. Din mhix haga facli li ssib peress li hawn Malta m’ghandniex il-kultura tal-qari tal-comics jew fumetti. Il-kelma comic jien stess jekk tinnotaw, qed nipprova nevitaha ghax lokalment ghandha konnotazzjonijiet ta’ hmerijiet u zinnijiet bla sens bhal ma wiehed isib fil-Beano u d-Dandy. Kif nafu fil-kulturi Ewropej il-Bande Dessinee kif isejhulu l-Francizi, il-fumetto Taljan u l-comic Ingliz, kollha ghandhom l-aspett adult u serju fihom. Hawn Malta, l-istorja hi differenti hafna. Kullinkwa fuljett jew ktieb li jsegwi rakkont bit-tpengijiet bhall-comic allura, hmerijiet.

Hawn qed nipprova nibbilancja bhal akrobata. Infatti x-xoghol f’dan il-fuljett ta’ tpengijiet jien eliminajt il-glied tal-gajijiet, ic-cajt tad-daqqiet , l-sparar u l-klixejiet tal-comics kollha. U issa f’idi ghandi bicca xoghol ghal kollox cassa hdejn l-ispluzjonijiet , il-velocitajiet u l-mostri li jaraw it-tfal illum. Il-messagg qieghed hemm imma m’ghandux il-laqta mehtiega. Dain hu frustranti li ma nghidilkomx, imma x’aktar li se jkolli indahal minn dawn l-elementi ta’ XPAHH!, PIMM!, BUMM! biex forsi ix-xoghol kollu li ghamilt jibda jdoqq f’widnejn l-istampaturi u jlellex f’ghajnejn il-pubblikaturi.

Ghalina malajr!