Meta kont immur ghal xi mixjiet fit-tul ma’ xi grupp ta’ hbieb, kien ikun hemm il-percimes miexi fuq quddiem. Hafna drabi dan l-individwu kien ikun hu li haseb u fassal kif se tkun il-mixja u mnejn ghandna nghaddu. Il-kapacitajiet tal-percimes fejn tidhol it-tmexxija tal-grupp kienu tali li jipprovaw izommu l-grupp maghqud u b’tattika liema bhala kien jikkonvinci l-bicca l-kbira tal-grupp biex jaqbel mat-toroq li jaghzel hu. X’kienet l-idea ta’ dawn il-mixjiet mhux dejjem fhimtha imma x’aktarx kien ezercizzju biex tkompli tissahhah il-popolarita tal-percimes li min-naha tieghu kien ikompli jinkileb ghall-attenzjoni u ghall-poter li kien jaghtih l-istess grupp. Min-naha l-ohra kien hemm ukoll in-nghag ta’ Bendu li ghalihom l-aqwa li jghaddu saghtejn zmien fil-kumpanija u c-cajt. Mhux darba jew tnejn ahna n-nghag mehdijin inlabalbu konna nibqghu lura fil-mixi b’dannu ghal percimes u z-zwiemel tieghu fuq quddiem li t-tir ta’ mohhom kien li jaslu fil-hin u jkopru t-toroq li riedu huma. Hafna drabi l-permicmes u l-kavallerija tieghu kellhom is-sahha psikologika li jsuquna ghal quddiem u jgeghluna nzommu l-pass ma’ taghhom.
Din tigri f’kull qasam fejn issib imhuh dilgenti u avventuruzi li jehtiegu l-appogg ta’ massa nies biex isehhilhom l-idea taghhom. Hafna ideat huma ibbazati fuq strategiji u mobilizzazzjoni ta’ persuni. L-istorja tad-dinja invazata bihom. Xi ideat sahhew socjetajiet u popli shah imma ohrajn ghamlu herba shiha.
Mir-rivoluzzjoni Franciza ‘l hawn il-bniedem intebah li l-mexxejja tieghu mhumiex ispirati minn Alla. Imma fis-sistema tat-tmexxija tal-lum li nsejhula demokrazija (?!), issib bosta percimesijiet mghonijin b’panorama ta’ ideat, kuncetti u teoriji li hsiebom biex jirrivoluzzjonaw l-hajja tal-bniedem kull minuta, jeliminaw fruntieri u jergghu joholquhom, ibidlu l-ilma f’inbid u jikkonvincu lil kulhadd biex jixrob minnu. Illum is-sistema politika hija iktar konplessa minn zmien ir-Re Louis XVI imma il-klassi politika, il-burokrati, it-teknokrati u l-inginiera socjali lkoll jaghtu daqqa t’id biex issehh xi ideat brillanti li l-poplu z-zghir li jimxi b’pass moderat, ikun kostrett biex ihaffef inkella jbati l-konsegwenzi.
Il-LE kbira tal-poplu Francis fir-referendum tal-Hadd li ghadda tista’ tkun interpretata f’hafna modi u xi hadd kompetenti jista’ jaghmel analizi fuq dan. Imma jien nara li l-poplu Franciz, awtur tal-hsieb hieles fir-rivolta’ ta’ 1789 f’Bastilja, illum ukoll kellu l-hila jghid lil dawk li qed igerru fuq quddiem biex jieqfu u jmmorru lura fuq l-imwejjed biex ifasslu mill-gdid l-Ewropa.
Min jaf kieku x’nghidu ahna l-Maltin jekk ninghataw ic-cans biex nivvutaw f’referendum ghall-kostituzzjoni l-gdida ta’ UE? Probabbilment inhallu lil percimessijiet juruna d-direzzjoni u ahna n-nghag nghidu beq beq beeeeeeeq!
1 comment:
Hadd m'ghandu jwaqqaf lil hadd imma kull pajjiz ghandu l-jedd li jieqaf jekk irid. Il-pubbliku u l-politici flimkien iridu jsibu l-mekkanizmu demokratiku biex jibbenifika kulhadd u l-pajjiz jimxi 'l quddiem. Le Pen bhal kull politiku iehor,ma jkollu ebda sahha jekk ma tinghatalhux mill-poplu. Id-demokrazijia kif nghixuha illum hija ghodda batuta f'idejn il-popli u ghalhekk kull poplu jehtieglu jghasses fuq il-manuvri tal-klassi politika li l-leblieba li ghandha ghal poter ma thallix id-demokarazija tikber. Tinsiex li x-xenofobija hija konsegwenza ta' politika zbaljata. Imbilli kultant poplu shih jieqaf u jara fejn sejjer ma jkun qed jaghmel xejn hazin. Anzi jevita milli jidhol ghal politka zbaljata bhal dik li kkreajat ix-xenofobija.
Post a Comment