23.5.05

Ghada hadd ma jafu.

Mill-Asja gew lura zewgt ihbieb tieghi li maghhom naqsam l-interess tieghi fl-arti grafika u hwejjeg ohra fosthom l-apprezzament ekologiku. Il-Hamis li ghadda flimkien morna nsellmu lil habib iehor taghna, Julian, li min-naha l-ohra telaq lejn vjagg inkomprensibbli u inspjegabbli. Il-Guz saqsieni jekk Julian lahaqx temm il-missjoni tieghu u jien irreciprokajt il-mistoqsija tieghu b’ohra: Ghaliex nahsbu li ahna nigu fid-dinja biex inwettqu xi missjoni? Quddiem din il-fazi tal-hajja fejn il-mewt tixhed li hemm bidu u tmiem, ahna nirrifflettu t-tifsira tal-ezistenza taghna.

Is-Sibt u l-Hadd li ghaddew kelli mumenti siekta u riflessivi. X’jista’ jifhem mohh ckejken minn dan l-univers bla tarf. Jien miniex xi Santu Wistin imahhah fuq it-tifsira tat-Trinita. Inhares madwari u nara dan l-univers mifrux quddiemi hija ghaxqa bizzejjed ghalija. Jekk il-partecipazzjoni tieghi fih hix volontarja jew le, effettiva jew le, neccessarja jew le, ma nafx. Naf biss li din il-partecipazzjoni (li hija l-hajja kif nifhmuha ahna), hija taqbida kontinwa bejn il-hajra ghall-hena interna u l-esigenzi fizici esterni. Dan il-binarju, f’sintezi ta’ kuncetti u riflessi li nadottaw matul hajjitna, jgeghilna nirrelattaw ma’ xulxin u mad-dinja madwarna. Fi kliem inqas stordut... il-hajja tkompli. Imma l-memorja ta’ dawk li gew qabilna u taw skop lil din l-esperjenza umana, tibqa’ maghna, hafna drabi biex isservi ta’ kejl ghas-successi taghna. Minn dan id-djarju eletroniku semplici u umli, nsellem lil dawk kollha li jghozzu t-tifkira ta’ Julian Manduca u nawgura li din tkompli tkun referenza utli matul hajjithom.

Is-Sibt filghaxija attendejt ghal attivita’ fejn kienu ospitati xi sitt mitt ruh fit-terrazzi enormi tal-forti Sant Anglu. Barra mic-cena lussuza, l-attivita’ kienet tinkludi raprezentazzjoni ta’ loghob kavalleresk bhall-gostra, kompetizzjoni tal-arcieri u ta’ gellieda bix-xwabel. Ma nafx jekk tezistix skola hawn Malta ghal dawn l-animaturi li jaghmlu riavvenimenti storici. Mid-dehra is-suq ma’ jiflahx ghal dan it-tip ta’ tahrig ghax ghalkemm dawk ospitati applawdew il-wirja, l-ispettakklu kollu deher wiehed delettantesk. Il-prezentaturi tal-ispettaklu kienu tajbin u jidhru li ilhom jaghmlu dan ix-xoghol ghal bosta snin imma quddiem udjenza multi lingwali, il-prezenturi zammew biss mal-lingwa Ingliza u b’hekk qalbu l-kult tal-kavallieri ta’ San Gwann fi dramm ta’ Shakespear. Il-gran Mastru La Valette, Franciz sa gharqubu, dawwar ilsienu aqwa minn King Lear. Bi ftit lezzjonijiet l-amimaturu u prezentaturi mqar ilissnu xi erba’ sentenzi bil-lingwi li kienu juzaw il-kavallieri ghal beneficcju tal-korrettezza storika.

Id-darba ta’ qabel kont qieghed f’attivita’ ohra simili u kien hemm tlieta libsin ta’ trubaduri u l-ghaxqa ta’ muzika li daqqew u l-kant helu li hareg minn fommhom, skuncentrani mhux ftit minn dak li suppost kont qed naghmel, jigifieri naghmilha tat-taparsi karikaturista. Ghax wara kollox jien ukoll delettant. Imma dawn it-trubaduri kienu imharggin sewwa u l-performace taghhom tant kienet eccellenti li biha thossok tmur lura fl-epoka taghhom.

Il-Hadd erhejtilha lejn il-majjistral ta’ Malta flimkien ma’ marti u ibni. Filwaqt li kont qed naqra fil-gazzzetta li l-mepa qed tistudja l-possibilta’ ta’ riklamazzjoni tal-art, (jigifieri issib roqgha bahar u tibdilha f’roqgha art), innutajt kif Malta saret binja wahda. Flimkien, ibni marti u jien, gawdejna il-ftit li baqa’ mill-pajsagg naturali ghax illum qieghed hawn u ghada hadd ma jafu. Il-hoss tar-rih u l-bahar qalb it-tvenvin tal-karozzi, ingenji tal-bahar u d-damdim tal-isterjojiet, kien donnu kanzunetta antika fuq zigarella qadima li l-volum taghha qed jintefa bil-mod il-mod.

2 comments:

gybexi said...

Tajba din (tal-kavallieri britannici).

Qed niftakar meta rajt mise en scene ta' "Vincent à Brixton" hawn - il-familja kienet titkellem bil-Franciz imma li kien hemm tajjeb meta Vincent (Van Gogh) kien wahdu ma' ohtu kienu jitkellmu bl-Olandiz u tara s-sottotitoli taht (bil-projector). Almenu, eh. :)

l-istordut kroniku said...

Il-lingwa tghin ukoll biex tikkrea ambjent li l-lingwa franka ma tohloqx. Ara kif per ezempju f'hafna filmijiet ta' Hollywood il-viljakki ma jitkemmlux bl-ingliz jew bl-accent american. Bhal fil-kaz tan-Nazi kwasi dejjem jitkellmu bil-germaniz. Naturalment dan ukoll ghandu l-skop politiku tieghu.

Mikiel