31.5.05

La ssemmix l-isem Paqqa fil-batal

Fejn nahdem jien ghandna l-barka t’alla Paqqus ghax kif nixref barra t-tieqa nxomm l-incens li dejjem idahhan b’qima lejn dan l-alla kbir u potenti. Alla Paqqus huwa l-protettur tal-karozzi, tat-toroq, tal-parkeggi u l-garaxxijiet u ta’ dak kollu li ghandhu x’jaqsam ma’ dawn il-baqar sagri li jinsabu kullimkien 24 siegha, 7t ijiem fil-gimgha u dawra tond is-sena kollha f’Malta, f’Ghawdex u fid-dinja. Mil-lum se nibdilkom sensiela tpengijiet li jien nsejjah bhala strixxilu, dwar din il-barka ta’ Paqqus u l-indulgenzi kollha assocjati maghha. L-istrixxiklu originarjament kellu jkun parti minn pubblikazzjoni li qatt ma saret u ghalhekk dawn huma l-iskizzi tal-pagni, mirqumin u aggornati xi ftit biex ikunu prezentabbli ghal dan il-blogg.

Irrid nghid li dan is-suggett li ghazilt huwa daqsxejn sensittiv ghal hafna nies li huma devoti lejn dan ir-rigal ghaziz li ghogbu jaghtina alla Paqqus jigiefieri, IL-KAROZZA. X’naghmlu minghajr karozza? Mitlufin ahna! Ghalhekk dawk li jhobbu jaghmlu xi siegha adorazzjoni kuljum, inaddfu jew jippolixxjawha, dawk li jhobbuha daqs dawl ghajnejhom u jehduha maghhom kulfejn imorru, dawk li hsiebhom biss fiha u spiss imorru jinvistawha meta tkun ipparkjata x’imkien, nghidilhom jghadruni xi ftit jekk inkun daqsxejn profan fid-diskors tieghi illum. Imma jehtiegli nixghel ftit il-hazard lights ghax is-266,000 vettura li nizlu fuqna bhal manna mis-sema, qeghdin jitilfu l-iskop taghhom, qed jeqirdu l-fibra socjali u qed imarrduna ghall-qabar. Quddiemi qed nisthajjel iqumu bil-wieqfa il-qassisin il-kbar ta’ Paqqus, Hasan u Musqat, u jcarrtu hwejjihom filwaqt li jghajtu, x’gharukaza, x’dagha fahxi, x’erezija djabolika!!!!!!!!

Ishru mieghi ftit fil-jiem li gejjin.

No comments: