31.5.05


Strixxiklu Gdid {ikklikkja biex tkabbar} Posted by Hello

La ssemmix l-isem Paqqa fil-batal

Fejn nahdem jien ghandna l-barka t’alla Paqqus ghax kif nixref barra t-tieqa nxomm l-incens li dejjem idahhan b’qima lejn dan l-alla kbir u potenti. Alla Paqqus huwa l-protettur tal-karozzi, tat-toroq, tal-parkeggi u l-garaxxijiet u ta’ dak kollu li ghandhu x’jaqsam ma’ dawn il-baqar sagri li jinsabu kullimkien 24 siegha, 7t ijiem fil-gimgha u dawra tond is-sena kollha f’Malta, f’Ghawdex u fid-dinja. Mil-lum se nibdilkom sensiela tpengijiet li jien nsejjah bhala strixxilu, dwar din il-barka ta’ Paqqus u l-indulgenzi kollha assocjati maghha. L-istrixxiklu originarjament kellu jkun parti minn pubblikazzjoni li qatt ma saret u ghalhekk dawn huma l-iskizzi tal-pagni, mirqumin u aggornati xi ftit biex ikunu prezentabbli ghal dan il-blogg.

Irrid nghid li dan is-suggett li ghazilt huwa daqsxejn sensittiv ghal hafna nies li huma devoti lejn dan ir-rigal ghaziz li ghogbu jaghtina alla Paqqus jigiefieri, IL-KAROZZA. X’naghmlu minghajr karozza? Mitlufin ahna! Ghalhekk dawk li jhobbu jaghmlu xi siegha adorazzjoni kuljum, inaddfu jew jippolixxjawha, dawk li jhobbuha daqs dawl ghajnejhom u jehduha maghhom kulfejn imorru, dawk li hsiebhom biss fiha u spiss imorru jinvistawha meta tkun ipparkjata x’imkien, nghidilhom jghadruni xi ftit jekk inkun daqsxejn profan fid-diskors tieghi illum. Imma jehtiegli nixghel ftit il-hazard lights ghax is-266,000 vettura li nizlu fuqna bhal manna mis-sema, qeghdin jitilfu l-iskop taghhom, qed jeqirdu l-fibra socjali u qed imarrduna ghall-qabar. Quddiemi qed nisthajjel iqumu bil-wieqfa il-qassisin il-kbar ta’ Paqqus, Hasan u Musqat, u jcarrtu hwejjihom filwaqt li jghajtu, x’gharukaza, x’dagha fahxi, x’erezija djabolika!!!!!!!!

Ishru mieghi ftit fil-jiem li gejjin.

30.5.05


Naghga, naghga ghandek vot? "Iva, iva, ghandi vot!" Posted by Hello

Tidwi Bastilja.

Meta kont immur ghal xi mixjiet fit-tul ma’ xi grupp ta’ hbieb, kien ikun hemm il-percimes miexi fuq quddiem. Hafna drabi dan l-individwu kien ikun hu li haseb u fassal kif se tkun il-mixja u mnejn ghandna nghaddu. Il-kapacitajiet tal-percimes fejn tidhol it-tmexxija tal-grupp kienu tali li jipprovaw izommu l-grupp maghqud u b’tattika liema bhala kien jikkonvinci l-bicca l-kbira tal-grupp biex jaqbel mat-toroq li jaghzel hu. X’kienet l-idea ta’ dawn il-mixjiet mhux dejjem fhimtha imma x’aktarx kien ezercizzju biex tkompli tissahhah il-popolarita tal-percimes li min-naha tieghu kien ikompli jinkileb ghall-attenzjoni u ghall-poter li kien jaghtih l-istess grupp. Min-naha l-ohra kien hemm ukoll in-nghag ta’ Bendu li ghalihom l-aqwa li jghaddu saghtejn zmien fil-kumpanija u c-cajt. Mhux darba jew tnejn ahna n-nghag mehdijin inlabalbu konna nibqghu lura fil-mixi b’dannu ghal percimes u z-zwiemel tieghu fuq quddiem li t-tir ta’ mohhom kien li jaslu fil-hin u jkopru t-toroq li riedu huma. Hafna drabi l-permicmes u l-kavallerija tieghu kellhom is-sahha psikologika li jsuquna ghal quddiem u jgeghluna nzommu l-pass ma’ taghhom.

Din tigri f’kull qasam fejn issib imhuh dilgenti u avventuruzi li jehtiegu l-appogg ta’ massa nies biex isehhilhom l-idea taghhom. Hafna ideat huma ibbazati fuq strategiji u mobilizzazzjoni ta’ persuni. L-istorja tad-dinja invazata bihom. Xi ideat sahhew socjetajiet u popli shah imma ohrajn ghamlu herba shiha.

Mir-rivoluzzjoni Franciza ‘l hawn il-bniedem intebah li l-mexxejja tieghu mhumiex ispirati minn Alla. Imma fis-sistema tat-tmexxija tal-lum li nsejhula demokrazija (?!), issib bosta percimesijiet mghonijin b’panorama ta’ ideat, kuncetti u teoriji li hsiebom biex jirrivoluzzjonaw l-hajja tal-bniedem kull minuta, jeliminaw fruntieri u jergghu joholquhom, ibidlu l-ilma f’inbid u jikkonvincu lil kulhadd biex jixrob minnu. Illum is-sistema politika hija iktar konplessa minn zmien ir-Re Louis XVI imma il-klassi politika, il-burokrati, it-teknokrati u l-inginiera socjali lkoll jaghtu daqqa t’id biex issehh xi ideat brillanti li l-poplu z-zghir li jimxi b’pass moderat, ikun kostrett biex ihaffef inkella jbati l-konsegwenzi.

Il-LE kbira tal-poplu Francis fir-referendum tal-Hadd li ghadda tista’ tkun interpretata f’hafna modi u xi hadd kompetenti jista’ jaghmel analizi fuq dan. Imma jien nara li l-poplu Franciz, awtur tal-hsieb hieles fir-rivolta’ ta’ 1789 f’Bastilja, illum ukoll kellu l-hila jghid lil dawk li qed igerru fuq quddiem biex jieqfu u jmmorru lura fuq l-imwejjed biex ifasslu mill-gdid l-Ewropa.

Min jaf kieku x’nghidu ahna l-Maltin jekk ninghataw ic-cans biex nivvutaw f’referendum ghall-kostituzzjoni l-gdida ta’ UE? Probabbilment inhallu lil percimessijiet juruna d-direzzjoni u ahna n-nghag nghidu beq beq beeeeeeeq!

27.5.05

VIVE LA REVOLUTION

Il-bloggisti qed jingemghu, u ghal din l-okkazjoni ktibt dan l-innu li jitkanta fuq Another brick in the wall tal-Pink Floyd

M’ghandniex bzonn nuzaw gazzetti
M’ghandniex bzonn TV u radjijiet
Minghajr studios w ufficini
Xorta nxandru l-bloggijiet

Oj medja, xorta nxandru taghna l-bloggijiet

Kif qtajniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
Bellahniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg

X’nambu l-medja prepotenti
Bla riklami inkampaw
B’ebda bord editorjali
Bla censura nibbloggjaw

Oj medja, bla censura arawna nibbloggjaw

Kif hsadniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg
Kessahniekom bir-rivoluzzjoni tal-blogg



Dan li qed nikteb hu spirat mill-kummenti ta’ Immauel Mifsud fi bloggata antika u ohra ricenti tieghu. Ovvjament ghandu ragun meta joqghod lura milli jsejjah dan il-fenomnu tal-ibbloggar bhala rivoluzzjoni. Il-bloggisti jew il-bloggajja kif sejhilhom hu, huma varji u r-ragunijiet taghhom ghala qed jibbloggjaw ivarjaw minn narcisizmu sa zbokk psikologiku u emottiv mis-solitudni li saret toffri il-hajja moderna. Mill-blogg taghraf x’inhu l-bloggaj minkejja li bosta minnhom ikunu anonimi. L-anonimita fil-bloggijiet hija fattur ukoll indikattiv li l-bloggajja ihossuhom mheddin minn xi elementi fis-socjeta’. Bhal maskerati fil-karnival johorgu jizzuffjettaw mis-sistema ghaliex fil-hajja ta’ kuljum taghhom dan ma jistghux jaghmluh. Bloggisti ohrajn ihossu li ghandhom xi jghidu u jibbloggjaw hsibijiethom b’mod ftit iktar impenjattiv.

Il-blogg mhuwiex invaziv bhat-TV u r-radju u lanqas m’ghandu l-permanenza tal-gazzetti. Zball ikun accettat iktar u l-informalita’ hija l-karatteristika ewlenija f’hafna mill-bloggijiet. Is-sabih tal-blogg hu li mhuwiex stituzzjoni u m’ghandux regoli stabbiliti hlief mill-awtur innifsu. La hu sit webiku, la hu ktieb u lanqas hu notizzjarju imma fl-istess hin kapaci jkun kollha f’daqqa.

Il-boggosfera Maltija ghadha ckejkna wisq biex wiehed jiddetermina x’impatt ghandha fuq il-hajja socjali u l-hajja politika lokali. Il-blogg ezattament ma jiffurmax crieka ta’ nies bhalma ssib fil-hwienet fejn jiltaqghu l-hbieb ghaliex x’aktarx kull bloggista ghandu l-agenda tieghu. Imma l-fatt li tista’ timposta l-kummentarju tieghek biex jaqrah minn irid filwaqt li tittawwal u tnemmes fil-bloggijiet ta’ ohrajn sempliciment ghal kurzita’ jew inkella ghax jinteressawk il-kummenti ta’ haddiehor, taghmel lill-bloggosfera post ecitanti tassew. Dak kollu li jinghad u li jidher fuq il-bloggosfera jinfluwenzana bl-istess mod ta’ kif jinfluwenzana kliem xi hadd li niltaqghu mieghu fit-triq jew f’xi konversazzjoni fuq it-telefon. L-effett tal-ibbloggar x’aktarx ikun difficli biex nikwantifikawh ghax mhuwiex differenti mill-interazzjoni normali fil-hajja ta’ kuljum. Ma nahsibx li se nwarrbu il-hanut tal-kantuniera biex noqghodu npacpcu biss fil-pagni elettronici tal-bloggosfera.

Jien nispera li l-bloggosfera Maltija tkompli tithawwar b’iktar elementi differenti biex taghti xiehda tad-diversita’ lokali minghajr ma ssir xi mostru tal-parrokkjalizmu u l-fanatizmu indigenu Malti. Ghalkemm jien nahseb li erbat ijiem ohra l-politiku jkollu tabilfors jibda jitnemmes fil-bloggijiet biex ikejjel u jqejjes xi kampjun mill-opinjoni pubblika. Tal-gazzetti diga bdew ixammu ‘l hawn u ‘l hemm ghal xi storja u f’kemm ilni nghidilkom daqt nispiccaw fuq iz-Zuppardu Xow.

Jekk jogghobkom, il-paparazzi johorgu barra u jaghlqu l-bieb warajhom.

Tahziziet mir-Rivuluzzjoni Blogg Posted by Hello

25.5.05


Il-kartellun taz-ziju Tonio Salvafetu. Posted by Hello

TONIO SALVAFETU

Il-Ministru Tonio Salvafetu li ghandu f’idejh il-ministeru tal-Intern, tal-Kunserva u l-Priserv, dahal ghall-glieda qaddisa biex isalva l-ftiewi innocenti minn guf ommhom. Huwa ssieheb ma’ l-fundamentalisti ProHAJJA+9 biex jaghmlu gwerra kontra t-terrur li qed jikkawzaw l-ommijiet kattivi lill-embriji u l-ftiewi f’gufhom stess.

Filwaqt li l-poplu jinsab dizilluz bil-holma Ewronazzjonalista, mifxul ifettiex il-valuri u jipprova jhoss il-muniti fil-but, Tonio Salvafetu mnebbah mill-fundamentalisti ProHAJJA+9, hareg ixandar dwar il-VALUR tal-valuri kollha...Il-VALUR tal-HAJJA, li ghandu jservi ta’ gwida ghal dan il-poplu li jinsab miexi fid-desert ta’ EDDIE WEGHDI. Dan il-valur tal-HAJJA li jissupera kull valur iehor ghandu jirravviva l-morali u l-kuxjenza dekadenti tal-poplu. It-tigieg u l-majjali fil-bicceriji habtu se jiehu vantagg minn fuq din il-mossa tal-ministru Salvafetu imma malajr nizlet fuqhom il-mannara biex ma jitniffsux. Mid-dinja kollha waslu ittri u stqarrijiet biex ifakkru lil Tonio Salvafetu, li hemm qtil iehor volonarju u involontarju li jisthoqqlu wkoll jinghata l-istess importanza fil-gwerra kontra t-terrur tal-innocenti madwar id-dinja kollha. Semmewlu l-eluf kbar li jmutu fl-incidenti tat-traffiku, fit-tfal li jmutu bil-guh, bil-mard u fil-gwerer u l-abbuzi sanzjonati mill-pajjizi civilizzati. Imma Tonio Salvafetu baqa’ jishaq li l-glieda hija kontra l-ommijiet krudili li hsiebhom biss fil-karriera jew f’ghajdut in-nies. U jekk id-dinja waslet sa dan il-livell baxx li omm tobortixxi l-hajja tal-fetu taghha, dan kollu mhux tort tal-gvernijiet responsabbli u s-socjetajiet civili li dejjem jahdmu minghajr gwadan, biex itejbu u jizviluppaw l-ghajxien tal-popli.

B’determinazzjoni kbira, l-ministru Tonio Salvafetu jrid inaqqax kmandament gdid fuq it-twavel ta’ Mose. Sorsi infurmati tajjeb qalu li Salvafetu wasallu messagg cellulari minghand Alla li qallu li l-kmandamenti diga jkopru dan ir-reat fahxi fin-numru sitta tal-istess twavel. Imma Tonio Salvafetu malajr baghtlu messagg iehor biex jghidlu li kien se jonqxu taht artiklu 6 f’subartiklu B. Ghalhekk il-kmandamenti l-godda se jkollhom 6A LA TOQTOLX u 6B LA TABORTIX.

Fatturi ohra li qed iwasslu biex Tonio Salvafetu jiddikjara din il-gwerra qaddisa huma, l-inkwiet li ghandhom l-Ewropej minhabba li qed jaraw li l-popolazzjoni fil-pajjizi tal-EU qed jonqsu u sa ghoxrin sena ohra mhux se jkun hemm bizzejjed nies biex tkun iggenerata ekonomija b’sahhitha. Hawnhekk Tonio Salvafetu b’kuragg kbir dahal ukoll biex jissupplixxi lill-Ewropa b’iktar nies ta’ demm Malti billi ma jhallix il-fetujiet jinqaltlu. B’hekk joktru sew in-nies f’Malta u eventwalment jibdew ihossuhom klastrofobici fuq din il-gzira biex imbaghad awtomatikament jibdew jemigraw lejn il-kontinent. Difatti l-ezodu ta’ ulied in-nanna Olga diga beda u miexi b’ritmu tajjeb. Tonio Salvafetu li gej mill-partit tal-istrategiji intelligenti jaf sew kif isawwar pjan biex izid il-popolazzjoni li hi mehtiega ghall-ekonomija u bis-surplus taghha jifforma armata formidabbli biex tehodha mal-bazuti infidili li bhalissa qed jinvadu l-Ewropa.
Nitlob biex kulhadd iqum ghal kant tal-innu Malti u ta’ l-Odi ta’ Ferh.

Lil din l-art..........ta ta ta ta ta ta ta ta ta ta ta ta ta....ta ta

23.5.05

Ghada hadd ma jafu.

Mill-Asja gew lura zewgt ihbieb tieghi li maghhom naqsam l-interess tieghi fl-arti grafika u hwejjeg ohra fosthom l-apprezzament ekologiku. Il-Hamis li ghadda flimkien morna nsellmu lil habib iehor taghna, Julian, li min-naha l-ohra telaq lejn vjagg inkomprensibbli u inspjegabbli. Il-Guz saqsieni jekk Julian lahaqx temm il-missjoni tieghu u jien irreciprokajt il-mistoqsija tieghu b’ohra: Ghaliex nahsbu li ahna nigu fid-dinja biex inwettqu xi missjoni? Quddiem din il-fazi tal-hajja fejn il-mewt tixhed li hemm bidu u tmiem, ahna nirrifflettu t-tifsira tal-ezistenza taghna.

Is-Sibt u l-Hadd li ghaddew kelli mumenti siekta u riflessivi. X’jista’ jifhem mohh ckejken minn dan l-univers bla tarf. Jien miniex xi Santu Wistin imahhah fuq it-tifsira tat-Trinita. Inhares madwari u nara dan l-univers mifrux quddiemi hija ghaxqa bizzejjed ghalija. Jekk il-partecipazzjoni tieghi fih hix volontarja jew le, effettiva jew le, neccessarja jew le, ma nafx. Naf biss li din il-partecipazzjoni (li hija l-hajja kif nifhmuha ahna), hija taqbida kontinwa bejn il-hajra ghall-hena interna u l-esigenzi fizici esterni. Dan il-binarju, f’sintezi ta’ kuncetti u riflessi li nadottaw matul hajjitna, jgeghilna nirrelattaw ma’ xulxin u mad-dinja madwarna. Fi kliem inqas stordut... il-hajja tkompli. Imma l-memorja ta’ dawk li gew qabilna u taw skop lil din l-esperjenza umana, tibqa’ maghna, hafna drabi biex isservi ta’ kejl ghas-successi taghna. Minn dan id-djarju eletroniku semplici u umli, nsellem lil dawk kollha li jghozzu t-tifkira ta’ Julian Manduca u nawgura li din tkompli tkun referenza utli matul hajjithom.

Is-Sibt filghaxija attendejt ghal attivita’ fejn kienu ospitati xi sitt mitt ruh fit-terrazzi enormi tal-forti Sant Anglu. Barra mic-cena lussuza, l-attivita’ kienet tinkludi raprezentazzjoni ta’ loghob kavalleresk bhall-gostra, kompetizzjoni tal-arcieri u ta’ gellieda bix-xwabel. Ma nafx jekk tezistix skola hawn Malta ghal dawn l-animaturi li jaghmlu riavvenimenti storici. Mid-dehra is-suq ma’ jiflahx ghal dan it-tip ta’ tahrig ghax ghalkemm dawk ospitati applawdew il-wirja, l-ispettakklu kollu deher wiehed delettantesk. Il-prezentaturi tal-ispettaklu kienu tajbin u jidhru li ilhom jaghmlu dan ix-xoghol ghal bosta snin imma quddiem udjenza multi lingwali, il-prezenturi zammew biss mal-lingwa Ingliza u b’hekk qalbu l-kult tal-kavallieri ta’ San Gwann fi dramm ta’ Shakespear. Il-gran Mastru La Valette, Franciz sa gharqubu, dawwar ilsienu aqwa minn King Lear. Bi ftit lezzjonijiet l-amimaturu u prezentaturi mqar ilissnu xi erba’ sentenzi bil-lingwi li kienu juzaw il-kavallieri ghal beneficcju tal-korrettezza storika.

Id-darba ta’ qabel kont qieghed f’attivita’ ohra simili u kien hemm tlieta libsin ta’ trubaduri u l-ghaxqa ta’ muzika li daqqew u l-kant helu li hareg minn fommhom, skuncentrani mhux ftit minn dak li suppost kont qed naghmel, jigifieri naghmilha tat-taparsi karikaturista. Ghax wara kollox jien ukoll delettant. Imma dawn it-trubaduri kienu imharggin sewwa u l-performace taghhom tant kienet eccellenti li biha thossok tmur lura fl-epoka taghhom.

Il-Hadd erhejtilha lejn il-majjistral ta’ Malta flimkien ma’ marti u ibni. Filwaqt li kont qed naqra fil-gazzzetta li l-mepa qed tistudja l-possibilta’ ta’ riklamazzjoni tal-art, (jigifieri issib roqgha bahar u tibdilha f’roqgha art), innutajt kif Malta saret binja wahda. Flimkien, ibni marti u jien, gawdejna il-ftit li baqa’ mill-pajsagg naturali ghax illum qieghed hawn u ghada hadd ma jafu. Il-hoss tar-rih u l-bahar qalb it-tvenvin tal-karozzi, ingenji tal-bahar u d-damdim tal-isterjojiet, kien donnu kanzunetta antika fuq zigarella qadima li l-volum taghha qed jintefa bil-mod il-mod.

18.5.05

Umilissima Harruba

B'dedika lill-memorja ta' Julian Manduca u x-xoghol siewi tieghu fil-glieda favur l-ambjent.

Kemm ghaddejt minn hawn
u mxejt fuq it-tapit perenni
fil-palazz tieghek imlibbes in-natura
biex nersaq lejk bil-mod il-mod...
Harruba Xiha

B’xuxtek mifruxa sa tghatti
il-koppla smewwija li tinkurunak
int tibqa’ umli
u int li frixt gheruqek sa minn zmien il-kavallieri
biex tindokra generazzjonijiet shah ta’ hlejjaq
tigi tistmani daqsek
ghax f’palazzek bibien m’ghandekx
u libru nidhol jien minn kull naha
biex inkellmek meta rrid
u int tismaghni dejjem

Imma aktar jien imxennaq ghal gherfek
noqghod tahtek herqan
biex nisma’ l-istejjer tieghek taz-zmien imghoddi
mitluf nissemma’ ghall-ghanjiet tieghek
li jirrakkuntaw is-sliem u l-glied
u l-biza’ mill-furbani
u nisimghek tkanta l-ballati
ta’ meta t-tajr azzarjat
rieghed l-art u s-sema
u gab mieghu ix-xita tal-hadid jahraq
u mal-majjistral ukoll iddoqq il-kantileni
ta’ meta gew l-ingenji wikkiela
u thanzru u ffangaw fil-palazz
abbundanti tieghek
biex hallew madwarek
roqgha wahda biss

U minkejja li taf li ghad tigi l-gaffa
u tmiddek
int tibqa’ tippriedka l-gmiel

17.5.05


Eddis Pressy is-sena l-ohra ipprova jidhol fil-festival ghall-kanzunetta ghall-Ewropa imma Mary hallietu jittewweb ghax ma tridx tohroglu 'l barra mill-pajjiz. Wara s-success tieghu ta' Blue Suede jackets fl-1981, (Let me be your) Teddy Bear fl-1987, Return to Sender (Opposision) fl-1996, Sant's the Devil in Disguise fl-1998 u It's EU Now or Never fl-2003, huwa qal li jrid jkompli jservi bhala idolu sakemm alla jghinu. Minkejja li hu dahhalna fl-Ewropa x'aktarx li l-Ewropa ma kinetx se thallih jidhol fil-Eurovision b'kanzunetta antikwata u skaduta. Din is-sena hareg il-Heartbreak Palais imma l-imitatur tieghu Lorry GO ON ZEE hariglu l-Malta Brussels House Rock u tela' fl-ewwel post tal-klassifika.
Posted by Hello

16.5.05


Strixxiklu satiriku: IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI. L-ahhar pagna tas-sensiela. Nittama li nkun nista' naghtikom aktar minn dawn it-tpengijiet fil-gimghat li gejjin. Pagna 12 {ikklikkja fuqha biex tkabbarha.} Posted by Hello

12.5.05


Strixxiklu satiriku: IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI pagna 11 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha) Posted by Hello

Hop Hop Montebello

Aghlaq halqek Montibellu
Titkellimx fuq Santi Sedi
Taqlax hama mill-istorja
Tkissirx dommi, xxaqqaqx kredi

Itboq fommok Montibellu
Titniffisx fejn hemm is-skiet
Issemmix qohob l-gharusa
Jew ta’ Kristu il-papiet

Baxxi rasek Montibellu
Tilghabiex ta’ difensur
afda s-superjuri tieghek
lilhom jixraq dan l-unur

Igdmu lsienek Montibellu
ghix il-hajja pastorali
nghaga sewda tkerrah merhla
itebba’ s-safa ekklezjali

Aghlaq halqek Montibellu
Blatet Pietru infallibbli
Jekk tipprova mqar tharrikha
li jsir minnek...prevedibbli

Iskot mela Montibellu
tmaqdarx din, tmerix lil dan
toqghodx tirrita lil Kurja
iddejjaqx lil Vatikan

Cicci kwiet, oqghod fic-cella
ghax ghal kliemek bdew iqellu
hlief biex tghid il-pater noster
tiftahx halqek Montibellu

11.5.05


Strixxiklu satiriku: IT-TMIEN KAPURJUN STRAORDINARJI. pagna 10. (ikklikkja fuqha biex tkabbarha. Posted by Hello

10.5.05


Karikatura ta' ZAZA Posted by Hello

Olifernezija

Jien ma nsegwix il-loghob tal-ballun. Minn dak li nisma u nara madwari, ndunajt li dan l-ahhar kien hemm xi loghob ta’ xi kampjonat tal-football. La naf min laghab lanqas min rebah. Jekk jien nistordi fis-suggetti kollha, fil-football nigi l-ewwel bhala stordut. Meta kelli xi tmien snin kont ingemma’ il calciatori, nixtri xi pakketti fil-gimgha u li nsib fih, inpartathom jew inwahhalhom fuq l-album. Fit-triq meta kien hawn inqas karozzi, konna sikwit naghtu dik id-daqqa ballun u meta sibna xi ghalqa li kienet ghadha ma nbnietx konna nhossuna qeghdin f’xi stadju kbir tal-football. Il-football kiber maghna bhala t-tieni religjoni. Konna nilghabuh fil-btiehi tal-muzew, fl-iskola u kull fejn konna nsibu wesgha vojta. Minghajr daqtejn sieq ma konniex nghaddu. B’xorti tajba kbirt u bridt minn din il-fissazzjoni u intfajt niffissa fuq hwejjeg ohra.

Iktar ma beda jghaddi z-zmien iktar bdejn nirrealizza kemm hu mifrux u profondit fir-ruh tal-Maltin dan l-isport. L-unici nies li kienu immuni ghalih u li kont nammirhom ghas-sens komun u ghall-intelligenza taghhom, kienu in-nisa. Il-bqija kulhadd jitbellah u jiffidilja wara bicca gilda. Illum qed nara dik li suppost kellha tkun l-emancipazzjoni tal-mara saret iktar l-emulazzjoni tar-ragel. Kelli tamiet kbar lin-nisa mhux biss ma jiffissawx fuq il-ballun talli bl-assersjoni taghhom u bis-sens ta’ bilanc taghhom sahanditra jissensibilizzaw lir-rgiel, forsi lejn sport inqas dominat mill-maskulinta’ sfrenata u mill-kompetizzjoni skarnata.

Gharrali bl-ikrah ghax illum ma’ kull gow, Guditta tohrog twerzaq fil-gallarija ixxejjer il-maktur tal-Union Jack minflok izomm f’idha ras Olifern.

Qabel ma nkun ikkundannat bhala midghi, ghadu u terrorista tal-football, ahjar nigi ghal punt.

Din il-loghba, kif zviluppawha l-inglizi kienet wahda gusta u nadifa, illum kif giet trasformata mid-dinja, inbidlet f’pesta socjali. Il-fatt li hi daqshekk loghba popolari taghti lok ghall-korruzzjoni. L-ideal sportiv spicca u dahlet l-idea estrema tar-rebh qabel is-sens sportiv. Ghiduli pessimista imma jien perswaz li defsu denbhom il-hniezer li jaraw kollox liri u ghamlu kapital mil-fanatizmu ta’ nies li mohhom u l-gilda tal-ballun xorta. Hawn Malta specjalment il-fanatizmu jbejjet f’kull qurriegha nieqsa mill-moderazzjoni u b’hekk ghandha sitwazzjoni fejn kull wesgha vojta li ghandna, irridu naghmluha grawn. Kull roqgha watja irridu naghmluha rawwemija ghal dan l-isport.. U d-dixxiplini l-ohra jitqabdu biex ikomplu jezistu .

It-termnologija tal-football dahlet fl-oqsma tan-negozju , l-amministrazzjoni u l-politika. Termni bhal team work, tackle, goal, il-karta l-hamra, foul, u elf allegorija bbazata fuq il-loghba tal-football. Tghiduli ma fiha xejn hazin din...imma biex taraw ‘il fejn hu ngranat il-mohh.

Insemmi l-Belt Valletta bhala ezempju wiehed ta' fissazzjoni, fejn il-football hu fundamentali ghall-hajja tal-beltin u filwaqt li jistinkaw biex irawmu t-tfal ghall-ballun qed jitraskuraw sport sabih marbut ma’ din il-belt li hu l-qdif u r-regatta.

Osservazzjonijiet umli tieghi dawn imma jien nemmen li ftit inqas football jaghti spazju ghal iktar varjeta.

Strixxiklu satiriku: IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI pagna 9 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha) Posted by Hello

9.5.05


Pagna 8 tal-istrixxiklu satiriku (Ikklikkja fuqha biex tkabbarha)
IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI. L-istorja s'issa:
Il-Venerabbli Gonzo u Joe Babun qed iduru l-globu b'missjoni biex jigbru tmien kapurjuni li bil-hiliet straordinarji taghhom jikkonkwistaw l-Ewropa u jinkurunaw lill-omnipatenti EFA bhala Imperatur Ewropew. Fuq il-karrozzun propagandistiku, Gonzo u Babun s'issa irriklutaw maghhom tliet kapurjuni veterani u tlieta ohrat principjanti mill-erbat irjieh tad-dinja Minn fuq il-karrozzun bdew jaghmlu wirjiet spettakulari biex jippruvaw iqajmu lill-poplu ghal din il-krucjata nobbli biex jiehdu f'idejhom l-art imqaddsa tal-Ewropa. Posted by Hello

5.5.05


Strixxiklu Satiriku IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI pagna 7 {ikklikkja fuqha biex tkabbarha}. Posted by Hello

Il-Maghmudija

Jidher li rcevejt il-maghmudija ta’ bloggista fil-bloggosfera maltija minghand il-habib tieghi Robert Micallef wara li llistjani fl-ghazliet tieghu t’April. Nirringrazzjah u wkoll lil min irrisponda ghal dan bhal Mark Vella kif ukoll lil Antoine Cassar u Kenneth li kkummentaw fuq it-tpengijiet tieghi. L-idea li nibbloggja giet b’cikka wara li kont qed nipprova nfittex sit li jallokali l-ispazju minghajr hlas biex nitfa’ xi erba’ tpengijiet milli nharbex jien. Dan ridt naghmlu purament bhala terapija ghall-istordamenti kronici tieghi. Jien u nfittex, il-Google tellaghli xi intervista ma’ Immanuel Mifsud u huf minn hawn u huf minn hemm sibt ruhi nipprova blogg. Ghal-ewwel hassejtni qisni wiehed minn dawk il-profeti foloz iparlaw fil-vojt, bhal fil-film Life of Brian tal-Monty Python, imma ghedt bejni u bejn ruhi, issa la ghandi l-kaxxa tas-sapun ha nitla fuqha u naghmel id-diskors tal-muntanja. {Naturalment muntanja cucati.}

Din l-idea tal-bloggosfera taghtini impressjoni ta’ kerrejja, fejn kulhadd ghandu l-ispazju tieghu imma fl-istess hin kulhadd jaf x’inhu jghid l-iehor . Sa anki tista’ tixhetlu botta ‘l dak li jkun jew tmur tghid fuqu ma’ ta’ magenbu. Kulhadd jonxor il-hwejjeg fuq xulxin u jithallew iqattru {il-link} fuq ta’ l-ohrajn. Selvagga ftit imma umana ghall-ahhar. Jien din it-teorija li ghandi, li l-bniedem xadina jibqa’ u kieku Darwin ghadu haj zgur li kien jirrevedi t-teorija tal-origini.

Ghal xi hadd bhali li kwazi nghix maqful f’torri bla bibien , fi bloggosfera nsib zbokk.

Onorat li issa sirt parti minn din il-komunita’ fil-kerrejja webika maltija.

4.5.05


Jissokta l-istrixxiklu satiriku It-Tmien Kapurjuni Straordinarji. Pagna 6 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha) Posted by Hello

3.5.05


L-istrixxiklu satirku jissokta bil-grajja tal-Venerabbli Gonzo u Joe Babun li biex jahtfu l-Ewropa f'idejhom u jinkurunaw lill-Omnipatenti EFA imperatur, hargu fuq missjoni biex jghaqqdu truppa ta' tmien kapurjuni straordinajri. S'issa rriklutaw maghhom lill-Maniken Pis Malti, lil Joana Drakula u lil Michael Falzastikka li fil-Blue light district, fl-istabbiliment tal-Wanowann kien spiss jesibixxu ruhu ghalkemm xoghlu propja kien li jnaddaf il-lokijiet ta' dawk ta' fuqu. Filwaqt li dawn kollha bhalissa jinsabu rikbin il-karrozzun tal-propananda, imghobbi kollu fuq cittadini komuni, il-Venerabbli Gonzo u Joe Babun ikomplu bil-vjaggi taghhom.
Pagna 5 (Biex tkabbarha ikklikkja fuqha.) Posted by Hello

2.5.05


L-istrixxiklu satiriku : IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI p4 Posted by Hello

1.5.05


It-tielet pagna tat-TeKeSe (biex tkabbar il-pagna ikklikkja fuqha) Posted by Hello

Strixxiklu Satiriku: IT-TMIEN KAPURJUNI STRAORDINARJI

Nissokta bl-istrixxiklu satiriku li nhadem qabel l-elezzjonijiet ghall-parlamentari Ewropej 2004.

L-istorja s'issa: Il-Venerabbli Gonzo u Joe Babun riedu jahtfu taht idejhom l-Ewropa u jinkurunaw lil EFA imperatur. Ghalhekk qeghdin iduru d-dinja biex jghaqqdu truppa formidabbli biex twettaq din l-missjoni specjali.


B'dedika specjali lil dawk il-polipontifikaturi li jkompli jfakkruna kemm nistghu inkunu fertili ahna li nhallsu t-taxxi, ahna l-votanti jew ahna c-cittandini jew ahna l-konsumaturi. Konvenjentament illum, ahna l-haddiema. Ghalhekk ghandna dejjem nemmnu u napprezzaw il-hidma sfiqa u bla heda tal-ghaziz prim taghna li bil-vizjoni kbira tieghu Jrid idawwar ix-xabla f'mohriet. B'hekk biss nistghu minn semplici haddiema nsiru GHODDA KOMPETITTIVA. Posted by Hello

art ghammiela

(Ikomplu l-psewdo poeziji tieghi mxappin sewwa fis-sentimentalizmu banali ta' dan il-jum.)

Mill-art ghammiela
li darba kabbart fiha l-frott
li l-meraq tieghu tlaqqat kollu
fuq il-mejda tal-ikel
ta’ familtek modesta
illum fuq l-istess art
kabbart palazz tal-konkos
imlibbes bil-lussu
u flok iz-znazan u l-hanfus
ihammlu u jdakkru
ghandek armata servi u fattigi
ihufu fil-kurituri dojoq
tal-lukanda b’erba’ stilel
sabiex jaqdu l-klijentela tieghek
li gentilment timlielek bwietek wisghin

U f’dan il-palazz tal-illuzjoni
int timla’ ghexieren ta’ mwejjed bl-ikel tal-abbundanza
li taf taghtik l-art
fejn darba hadmet hawtiela l-imghazqa modesta
fi zmien aktar modest