Jien ma nsegwix il-loghob tal-ballun. Minn dak li nisma u nara madwari, ndunajt li dan l-ahhar kien hemm xi loghob ta’ xi kampjonat tal-football. La naf min laghab lanqas min rebah. Jekk jien nistordi fis-suggetti kollha, fil-football nigi l-ewwel bhala stordut. Meta kelli xi tmien snin kont ingemma’ il calciatori, nixtri xi pakketti fil-gimgha u li nsib fih, inpartathom jew inwahhalhom fuq l-album. Fit-triq meta kien hawn inqas karozzi, konna sikwit naghtu dik id-daqqa ballun u meta sibna xi ghalqa li kienet ghadha ma nbnietx konna nhossuna qeghdin f’xi stadju kbir tal-football. Il-football kiber maghna bhala t-tieni religjoni. Konna nilghabuh fil-btiehi tal-muzew, fl-iskola u kull fejn konna nsibu wesgha vojta. Minghajr daqtejn sieq ma konniex nghaddu. B’xorti tajba kbirt u bridt minn din il-fissazzjoni u intfajt niffissa fuq hwejjeg ohra.
Iktar ma beda jghaddi z-zmien iktar bdejn nirrealizza kemm hu mifrux u profondit fir-ruh tal-Maltin dan l-isport. L-unici nies li kienu immuni ghalih u li kont nammirhom ghas-sens komun u ghall-intelligenza taghhom, kienu in-nisa. Il-bqija kulhadd jitbellah u jiffidilja wara bicca gilda. Illum qed nara dik li suppost kellha tkun l-emancipazzjoni tal-mara saret iktar l-emulazzjoni tar-ragel. Kelli tamiet kbar lin-nisa mhux biss ma jiffissawx fuq il-ballun talli bl-assersjoni taghhom u bis-sens ta’ bilanc taghhom sahanditra jissensibilizzaw lir-rgiel, forsi lejn sport inqas dominat mill-maskulinta’ sfrenata u mill-kompetizzjoni skarnata.
Gharrali bl-ikrah ghax illum ma’ kull gow, Guditta tohrog twerzaq fil-gallarija ixxejjer il-maktur tal-Union Jack minflok izomm f’idha ras Olifern.
Qabel ma nkun ikkundannat bhala midghi, ghadu u terrorista tal-football, ahjar nigi ghal punt.
Din il-loghba, kif zviluppawha l-inglizi kienet wahda gusta u nadifa, illum kif giet trasformata mid-dinja, inbidlet f’pesta socjali. Il-fatt li hi daqshekk loghba popolari taghti lok ghall-korruzzjoni. L-ideal sportiv spicca u dahlet l-idea estrema tar-rebh qabel is-sens sportiv. Ghiduli pessimista imma jien perswaz li defsu denbhom il-hniezer li jaraw kollox liri u ghamlu kapital mil-fanatizmu ta’ nies li mohhom u l-gilda tal-ballun xorta. Hawn Malta specjalment il-fanatizmu jbejjet f’kull qurriegha nieqsa mill-moderazzjoni u b’hekk ghandha sitwazzjoni fejn kull wesgha vojta li ghandna, irridu naghmluha grawn. Kull roqgha watja irridu naghmluha rawwemija ghal dan l-isport.. U d-dixxiplini l-ohra jitqabdu biex ikomplu jezistu .
It-termnologija tal-football dahlet fl-oqsma tan-negozju , l-amministrazzjoni u l-politika. Termni bhal team work, tackle, goal, il-karta l-hamra, foul, u elf allegorija bbazata fuq il-loghba tal-football. Tghiduli ma fiha xejn hazin din...imma biex taraw ‘il fejn hu ngranat il-mohh.
Insemmi l-Belt Valletta bhala ezempju wiehed ta' fissazzjoni, fejn il-football hu fundamentali ghall-hajja tal-beltin u filwaqt li jistinkaw biex irawmu t-tfal ghall-ballun qed jitraskuraw sport sabih marbut ma’ din il-belt li hu l-qdif u r-regatta.
Osservazzjonijiet umli tieghi dawn imma jien nemmen li ftit inqas football jaghti spazju ghal iktar varjeta.
2 comments:
ja midghi, ghadu u terrorista tal-football!... hehe.... jien joghgobni hafna l-futbol (kulhadd jafni bhala rossonero akkanit, ie milanist mhux hamruniz) pero` naqbel hafna ma' li ghidt rigward li jigi ttraskurat sport iehor minhabba l-futbol... it-tim malti ghandu l-istess privilegi tal-eurovision - hafna flus ghaz-zobb, biex imorru barra u jaqghu ghan-nejk ma' kulhadd... hafna minn dan nattribwieh ghal ghazz u nuqqas ta' serjeta` u dedikazzjoni minn naha ta' l-amministrazzjoni u tal-plejers (kemm-il darba tisma' li xi hadd mar training camp barra u gie lura qabel il-waqt ghax ghejja; jew ikun hawn stilla bhal bojinov u jhalluh itir 'l hemm; jew ma jmorrux ghat-training ghax ghandhom it-tberik)... rigward in-nisa - il-futbol tan-nisa qed jaqbad mhux hazin f'malta pero` l-mfa tidher li ma tantx jimpurtaha minn dan... intefqu xi miljun lira biex jinbnew il-grounds godda f'ta' qali biex imbaghad il-league tan-nisa baqa` jintalaghab fuq iz-zrar...
Ma kontx nafx li n-nisa huma daqshekk horox. Nahseb li il-football dawlwaqt naghmluh l-isport nazzjonali Malti
Post a Comment