5.5.05

Il-Maghmudija

Jidher li rcevejt il-maghmudija ta’ bloggista fil-bloggosfera maltija minghand il-habib tieghi Robert Micallef wara li llistjani fl-ghazliet tieghu t’April. Nirringrazzjah u wkoll lil min irrisponda ghal dan bhal Mark Vella kif ukoll lil Antoine Cassar u Kenneth li kkummentaw fuq it-tpengijiet tieghi. L-idea li nibbloggja giet b’cikka wara li kont qed nipprova nfittex sit li jallokali l-ispazju minghajr hlas biex nitfa’ xi erba’ tpengijiet milli nharbex jien. Dan ridt naghmlu purament bhala terapija ghall-istordamenti kronici tieghi. Jien u nfittex, il-Google tellaghli xi intervista ma’ Immanuel Mifsud u huf minn hawn u huf minn hemm sibt ruhi nipprova blogg. Ghal-ewwel hassejtni qisni wiehed minn dawk il-profeti foloz iparlaw fil-vojt, bhal fil-film Life of Brian tal-Monty Python, imma ghedt bejni u bejn ruhi, issa la ghandi l-kaxxa tas-sapun ha nitla fuqha u naghmel id-diskors tal-muntanja. {Naturalment muntanja cucati.}

Din l-idea tal-bloggosfera taghtini impressjoni ta’ kerrejja, fejn kulhadd ghandu l-ispazju tieghu imma fl-istess hin kulhadd jaf x’inhu jghid l-iehor . Sa anki tista’ tixhetlu botta ‘l dak li jkun jew tmur tghid fuqu ma’ ta’ magenbu. Kulhadd jonxor il-hwejjeg fuq xulxin u jithallew iqattru {il-link} fuq ta’ l-ohrajn. Selvagga ftit imma umana ghall-ahhar. Jien din it-teorija li ghandi, li l-bniedem xadina jibqa’ u kieku Darwin ghadu haj zgur li kien jirrevedi t-teorija tal-origini.

Ghal xi hadd bhali li kwazi nghix maqful f’torri bla bibien , fi bloggosfera nsib zbokk.

Onorat li issa sirt parti minn din il-komunita’ fil-kerrejja webika maltija.

2 comments:

Antoine Cassar said...

Grazzi talli hakkejtli dahri, Mikiel, ilni xi erbat ijiem ma nikteb fil-bloggijiet u qed nibda nqammel.

Tghidx kemm qed nidhak bil-kapurjuni tieghek!

Dwar il-KNLM, nahseb li jiena aktar ottimist minnek, ghall-inqas s'issa. Forsi jiena ingenwu wisq, izda nittama li ser isiru bosta progetti, ez. websajt li fih wiehed jista' jibghat xi dubju jew mistoqsija dwar kif ghandha tinkiteb jew tittraduci xi kelma jew frazi, ghodod lingwistici elettronici, ecc. Hemm bzonn kulhadd, u bzonn xulxin.

Sahha u prosit,

Antoine.

l-istordut kroniku said...

Antoine
Forsi nstmajt fatalista zzejjed dwar il-KNLM imma aktar xtaqt nipprova nkisser din il-passivita' li ghandna biex naraw il-Malti bhala ghodda tal-hsieb daqskemm nuzawh bhala ghodda tal- espressjoni.

Grazzi

Mikiel