26.7.05

Tqalliba mill-pitazzi



Fl-Imperial Caffè f'lejla xitwija.


Tħarbixa fuq in-note pad

Il-lirika tal-kanzunetta Il-Qanfud fuq il-kassett IL-ĦAJT.
Din inkitbet fiċ-ċimiterhu stess fejn irrikordjajna.

Graveyard Lilly. Lirika ta' Alex Mifsud li kien irrekordja
kassetti sħiħ bil-kanzunetti tiegħu. Bħalu kienu għamlu oħrajn
li rrekordjaw kassett individwali biex jinsilef u jinstema' min-nies
taċ-ċirku.

Kopja tal-ktieb tal-poeżija ta' Carmel Attard li jien xtrajt mingħandu
b'75ċ meta ġie għand Bertu l-ewwel darba.

Poeżija ta' Carmel li ħarbex dak il-ħin stess għand Bertu fuq il-ktieb
li jien xtrajt mingħandu.

Poeżija li kien qed jikkoreġi għand Bertu.

Disinn arkitettoniku Bulqam. Biċ-ċajt għand Bertu konna qbadna diskussjoni biex nibdew moviment ġdid tal-arti f'Malta. Waqt li bejn is-serjetà u biex nibilgħuh f'sormna, iddiskutejna l-kunċett ta' kif wieħed għandu jħares lejn l-intern maqlub għall-estern u it-ta' fuq imniżżel taħt u viċi versa. Dan bħala punto di vista li wieħed dejjem għandu jħares lejn l-oġġettiv u s-suġġettiv bil-maqlub ta' kif jidhru. Għalhekk BULQAM.


Imbaghad kien hemm il-BÙLA li kien moviment ieħor iffantasizzat minna, li kellu l-iskop li juru l-ħajja libra bħala u l-emozzjonijiet f'susspenzjoni taż-żmien. Dawn id-diskussjonijiet oriġinaw bħal mogħdija ta' żmien minn Pierre Portelli u Mario Magri l-Bauhaus waqt li kienu f'burdata ta' tpaċpiċ u żufjett.

Għajn ta' Bùla. Wiċċ Bùla (bil-qatra) u taħżiż ieħor.


Iffestiġġar għand Bertu. L-okkażjoni meta Bertu rebaħ il-Golden Teabag Award.


Davie Jones fuq il-pitazz tal-graffitti mis-Sid innifsu.

Iktar graffitti fuq il-pitazzi.
Il-Pitazzi bil-graffitti oriġinaw minn xi individwi li kienu jġorru magħhom skartafaċċ biex jipprattikaw id-disinn. Joseph Bouè Buscemi LeBrum (magħruf minn kulħadd bħala l-LeBrun) kien studja l-arti fl-iskola tal-arti u l-artiġjanat it-Tarġa Gap. Il-Lebrun kien fost dawk li kultant miegħu kien iġib l-isketch book.

Skizzi tal-figura nuda. LeBrun

Il-Mangi kien ukoll akkanit tal-pinna li aktar tard żviluppa stil inimitabbli fl-istrixxikli KOKO.

Revoloutionary Mind ta' Pawlu Azzopardi

L-istqarrijiet antikristi tal-Lebrun li bosta drabi qanqlu diskussjonijiet sħan.

5 comments:

Erezija said...

alex mifsud huwa dan?

http://www.ixaris.com/images/am_image.jpg

l-istordut kroniku said...

10 punti oħra erezija.

Erezija said...

he he

alex huwa persuna importanti f'hajti, speci ta' fanal li rajt jixghel hekk kif bahhart bejn is-sbatax u t-tmintax-il sena ta' hajti

meta ltqajt mieghu kien sar imaqdar ir-rwol tal-poeta u l-matematika kienet hakmitu sew

l-istordut kroniku said...

Dak hu kolu kemm hu erezija.
Alex kien ukoll importanti f'ħajti u flimkien qsamna bosta ħsibijiet li lili kabbruni. Ikkomponejna kanzunetti flimkien daqqejniehom u kien bis-saħħa tiegħu li frixt ġwenħajja biex inħalli l-bejta tal-ġenituri tiegħi għall-ewwel darba. Flimkien u ma' oħrajn sajjarna l-isbaħ ikliet u konna nagħmlu l-ljieli inġeldu l-poeżija u l-matematika.

Unknown said...

Sorry for writing in English but my Maltese is crap. Just like to say, thank you the memories, have not seen these awesome pictures and names in over 40 years. Miss you guys. Golden