Toghma ta’ mewt.
Fuq l-andament tal-istrixxikli nkompli nikteb darb’ohra. Ha mmur lura ghall-muzika.
Fil-bidu tat-80ijiet kienet il-moda tal-mobile discos li kienu jintramaw fi swali centrali madwar Malta. Fil-Belt jien niftakar ic-Civil fi triq l-arcisqof, u dan kien popolari mhux hazin flimkien mal-Coliseum li jekk niftakar sew minn teatru tac-cinema qaleb ghad-disco. Dawn id-diskoteki kienu l-izvog ewlieni taz-zghazagh li kienu jitilghu il-Belt, imma il-muzika disco u pop ma kienetx tinzel tajjeb mal-imharbtin tac-cirku Bertu Funtana.. Fuq ic-cint mnejn konna nibdew il-gurnata kont tisma’ spiss il-frazi ‘toghma ta’ mewt’ li kienet tfisser li ma kienx hemm fejn tmur u x’taghmel u kullimkien kien mejjet.
Pero fi bnadi ohrajn kien hemm minn kien diga qed ikewwen xena gdida. L-AST li kienet parti mill-gvern bdiet tipprepara kuncert rok bl-isem ta’ Rockfest. Dan kellu isir f’Tigne’ bhala parti mill-Maltafest li kien festival internazzjonali ta’ muzika u kultura. Id-data ta’ meta sar l-ewwel darba, jidhirli li kienet Awissu tal-1982. Il-festival kellu jkun jinkludi l-baned rok maltin flimkien ma’ xi ohrajn barranin. F’dik is-sena partikulari jidhirli li kellhom jigu il-Classix Nuveaux, banda rok tan-new wave.
Sakemm dan kollu kien qed jinhema, il-klikek bdew jintefghu fuq il-funtana. Ma kienx spiss li xi hadd johrog b’xi cassette player ghaliex nahseb li mhux kulhadd seta’ jafforda jixtri iehor jekk jinkisirlu. Pero kienet saret drawwa li fejn tarana kont issib lil xi hadd bil-kitarra. Mhux dabna jew tnejn waqaf xi hadd isejjahli Elvis jien u ghaddej biha fit-triq. Fil-grupp kont issib guvintur u tfajliet ghalkemm dawn tal-ahhar ma kienus fil-maggoranza. Imma t-tizwiqa kienet izzomm liz-zewg sessi interessati f’xulxin u min jikkortegga ‘l hawn min jinnamra ‘l hemm u min izegzeg f’xi rokna. Il-motto taghna kont issibu fuq il-flixkun tal-Lacryma Vitis “the world is fine as seen through wine”. Mal-inbid u n-namur id-daqq ma jonqosx zgur u waqt li l-kitarra ddur fuq l-idejn, l-iljieli sajfin fuq il-funtana bdew isiru l-attrazzjoni tan-nies ghaddejjin biex jirkbu tal-linja. Naturalment, dawn it-tipi ta’ serati ma kienux ezatt ‘id-divertiment onest tal-poplu’ bin-namrati jinqalbu taht it-tritoni jew b’xi daghwa fahxija li kienet tirbombja mas-swar tal-kapitali.
F’dawn is-serati sajfin spikkaw xi individwi ghat-talenti taghhom. Simon li konna nsibuh bhala is-Sid ghax kellu x-xehta ta’ Sid Vicious tas-Sex Pistols, kien wiehed minn dawn li l-improvizzazzjoni u l-ispontanjeta tieghu kienet tbellhek. Is-Sid kien idoqq mad-Davy Jones, banda rok u kellhom il-kamra taghhom Tigne fejn l-AST li semmejt qabel kienet bdiet talloka postijiet ghal zghazagh muzicisti jew sportivi.
L-ispontanjeta u l-umorizmu tas-Sid hallew memorji sbieh f’hafna nies f’dawn l-iljieli muzikali u spontanji fejn minghajr ma trid kont tieqaf tisma’ u tippartecipa mad-daqq. Il-perkussjoni kienet tkun improvizzata bil-flieken vojta tal-inbid jew bit-taptip fuq il-kuxtejn. Fortunatament gieli inzerta li xi hadd gie b’cassett recorder u irnexxielna nirrekordjajna zewg serati li fihom ha sehem is-Sid. Wiehed minnhom semmejnieh il-Funtana Buzz u l-iehor li jibqa’ miftakar minn dawk li kienu hemm semmejnieh Sid in Jetta Land li gie irrekordjat fej il-mara l-hoxna taht il-logog ta’ putirjal. Sid in Jetta Land jikkonsisti f’sett ta’ kanzunetti u rakkonti li jghidu l-istorja vera ta’ zaghzugh li inqabad bil-haxixa.
Ir-Rockfest wasal f’Awissu tal-ewwel sena tieghu. Imma dan l-avveniment li kien ilu mistenni, gab mieghu tragedja li waqqghet lil hafna mill-grupp ta’ fuq il-funtana fi swied ta’ qalb. Fl-ewwel lejla tal-kuncert, wiehed mill-gaj taghna, Pawlu li konna nsibuh bhala l-Lennon, waqa’ ghal isfel minn mal-genb tal-arja tal-kuncert u habat rasu. Tliet ijiem wara miet.
B’tifkira tieghu bdejna niltaqghu f’cimiterju abbandunat wara Beltissebh. Din l-esperjenza fejn biha gejna wicc imb wicc mal-mewt, ghamlitna aktar sensittivi lejn xulxin u gabet fostna ir-rispett u l-ghaqda.
4 comments:
Il-listra Mikiel, x'idea sublimi din tar-rakkonti ta' dawk is-snin! Nittama li fadallek HAFNA xi tghid.
Ghadu ghandek dak il-cassette li qed issemmi li rrekordjajtu mas-Sid? Hemm xi cans nohorguh fuq l-internet? Kif forsi taf, bhalissa qed niffoka fuq kif nistghu nuzaw aktar audio fuq il-bloggijiet taghna. Kellimni anke privatament dwar dan jekk trid Mikiel.
Faddalli xi nghid Immanuel u nittama li ma ninsiex xi bicciet importanti. Fuq il-kassett tas-Sid, Ton, iva fortunatament ghadu jezisti. Qieghed ghand xi hadd li kellu jipprova jaqilbu digitali. Fuq kif nohorguh fuq l-internet, nipprovawha, imma kif ghedlek fil-blogg tieghek m'ghandix wisq hin biex nesperimenta bhalissa. Jien fil-kaz inkellmek.
hehehe niehu buzz naqra dawn l-istejjer...
tiftakruhom l-Abstrass? Is-sibt li ghadda ghamlu l-launch tal-ewwel recording ufficjali taghhom gewwa s-signals. jien ma lhaqtx dawk iz zmienijiet li qedin issemmu (ghad ghandi 22 sena), imma xorta jinteressawni hafna.
Ma rridx ninstema "naive", imma nfakkarkom li x-xena li qed issemmu intom ma mitietx malli sirtu adulti intom :) Tiskanta kif dawn l-affarijiet li qed issemmu intom xorta ghadom isiru bhal per ezempju....f kull generazzjoni ikun hemm dak li jixbah lis-Sid Vicious u jsejjhulu sid...
fil fatt bqjat mistageb...
Post a Comment