4.7.05

KAMPANJA ghall-istorduti

Jien imrobbi li farka li hi farka ta’ karta ma narmihiex barra fit-triq. Kull fejn kienu jiehdu lili u l-huti, il-genituri tieghi kienu jgorru maghhom borza jew xi haga biex qoxra ta’ banana jew qartas ma jintremiex fl-art u la fil-kampanja, la fejn il-bahar u lanqas imkien. Hekk kbirt u hekk bqajt naghmel u kien hemm waqtiet meta idecidejt li naghmilha tal-kurnut u nigbor il-hmieg li jhalli haddiehor. L-iskart bdejt nisseparah (ghal xejn) sa mill-1992 meta Stanley Zammit dak iz-zmien seg. parl..tal-ambjent introduca s-separazzjoni tal-iskart f'Malta. Din l-imgieba civika tieghi hi parti minni u naghmillha ghax nirrispetta lil ghajri u lin-nies ta’ madwari.

Issa jien ilni nivvota lil partit nazzjonalista fl-elezzjonijiet generali sa mill-1987 meta vvutajt l-ewwel darba f’hajti. Sa qabel din is-sena l-art tal-Maltin kienet ilha li bdiet tittiekel u tittiehed mill-barunijiet ta’ Mintoff ghal skopijiet privati, u kummercjali. Il-Marsa tal-Inglizi ma baqghetx f’idejn l-Inglizi imma giet f’idejn il-Maltin imma parti sostanzjali minnha hallewha esklussivament ghal-creme de la creme. U ma' din zdiedu gzuz ohra li saru esklussivi flimkien mar-Reserved To Owner illegali li tara kullimkien fil-kampanja.. Il-partit Nazzjonalista kellu din il-frazi famuza fil-programm elettorali tazl-1987 li kienet il-lixka ghal kull ambjentalista lokali. Il-frazi kienet “ u Malta terga’ twarrad fis-sbuhija.” Riedu jghidu li kienu se jrazznu l-izvilupp tal-bini u jaghmlu minn Malta pajjiz il-gmiel tieghu.

Sal-gurnata mqaddsa tal-lum, l-art ghada tittiekel, mhux bin-naqriet imma bil-mijiet ta’ ettari, mill-hniezer tal-kummerc li qishom belliegha fuq l-art, ilefilfu kull fejn jaraw wesgha, xaghra, jew wilga. Issa jmiss ix-xaghra l-hamra ta’ Ghajn Tuffieha u qed tistenna l-kundanna tal-mewt minghand il-mepa.

Il-gvern qed jipprova jzomm isem Malta mat-turist li jigi u jsib il-hmieg ma’wiccu, billi jintensifika l-infurzar u jzid il-multi. Dan kollu sewwa imma kif imbaghad jigi jordna lill-mepa tidentifika s-siti ghal-koros tal-golf. Kif jigi u jaqta’ 112 ettaru art pubblka fi stat naturali u jaghtiha lill-erba’ hzierer biex imeximxu kemm jifilhu u jhallu biss xi grassa jew qarquca bhala taxxa?

M’hemm xejn li jista’ jdawwar lill-gvern lura minn din id-decizjoni meta titiehed. u jista’ jkun li l-pubbliku in generali huwa sajjem mill-informazzjoni dwar l-istupru ta’ art f’din il-gzira. Ghandu mnejn ikun hemm bosta li jiggustaw dik il-hdura tal-haxix bit-tuba u jemmnu l-illusjonijiet li qed jinholqu biex isehh l-izvilupp taghha bhala korsa tal-golf. Il-kwistjoni kollha tal-Verdala jista’ jkun ukoll li kienet xarad min-naha tal-mepa biex mhux dejjem tidher li qed tiffavorixxi il-hniezer spekulaturi ta’ din id-dinja. Dan it-tip ta’ zvilupp ma hawnx loku fuq din blata-simenta f’nofs il-mediterran.

Ghalhekk mil-lum jien iddecidejt li nibda kampanja ta’ dizobbidjenza civili biex nohloq pressjoni fuq il-gvern. Mil-lum se nieqaf nissepara l-iskart u se nibda narmi barra fit-triq. Dan se naghmlu biex dik is-sezzjoni ta' nies li mhix konxja bl-istupru fahxi li qed isir fuq l-ambjent tibda tirrealizza li karta u borza zibel fit-triq mhi xejn hdejn il-herba li qed issir fuq l-art naturali li fadlilna. Borza zibel fit-triq, saqqu, loki u kondojiet kollha jingabru u l-post jerga’ jigi kif kien imma x-Xaghra l-hamra, il-Bahrija u Has-Saptan kif nistghu nergghu ingibuhom lura?

Il-kampanja tieghi li jisimha IZ-ZIBEL FIT-TRIQ, CAJTA ...hija primciparjament indirizzata ghall-istorduti ta’ din id-dinja. Ricerka hafifa fuq l-eteru sibt li storduti fid-dinja kollha hawn tnejn biss. Wiehed minnhom jien u l-iehor impostur li xoghlu hu jahsel il-lokijiet fil-wanowwann. Milli jidher il-kampanja tieghi se tmut fuq ommha.

2 comments:

Antoine Cassar said...

Ghandek l-appogg kollu tieghi, Mikiel.

Hemm bzonn protesta kbira kontra dan l-esperpentu li jridu jbellghulna.

Ta' min niktbu petizzjoni, nigbru xi mijiet jew eluf ta' firem, u nibghatuha lill-Mepa u forsi lill-Parlament Ewropew.

Forsi ma nbiddlu xejn, imma ahjar milli nibqghu b'idejna fuq zaqqna waqt li jkomplu jeqirdu l-ambjent f'isem il-Lira.

Digà qed nimmaginaha... Grand Masters 2008, Eye of the Apple, Malta. Mijiet ta' kameras u ta' kartelluni ta' riklami. Ser ikollhom jibdlu l-isem ta' Gnejna Bay ghal Mizbla Bay.

l-istordut kroniku said...

Grazzi tal-appogg Antoine. Ninsab cert li hemm ghaqdiet volontarji li qed jaghmlu milli jistghu fuq dawn il-kwestjonijiet. Sfortunatament,il-hajja tieghi kif inhi illum ma thallinix inkun impenjat f'dawn l-ghaqdiet imma ser infittex mezz kif nista' nghajjat maghhom meta johorgu kontra dawn il-progetti. Tal-petizzjoni tajba. Li nistghu naghmlu ukoll hu li nifqghu il-linji elettronici tal-mepa u tal-ministeru tal-ambjent bl-ittri tal-protesta taghna. Naturalment jekk hawn nies bizzejjed li jahsbuha bhalna.