11.7.05

Ic-Cirku Bertu Funtana 1

L-istrixxiklu tal-PAQQAMANIJA se jieqaf ghal pawsa ta’ ftit gimghat peress li ma bhalissa m’ghandix iz-zmien noqormu ghal fuq il-blogg tieghi.

Ftit gimghat ilu kienet gietni x-xewqa li nibbloggja dwar xi attivita’ ta’ grupp ta’ hbieb li kienu jiltaqghu fit-80ijiet u li bhal hafna grupp ohra kienu jiffrekwentaw f'postijiet differneti skond it-temp u l-hin. Issa f’dawk iz-zminijiet xotti ma kienx facli li ssib xi Montmartre jew xi Riviera Franciza hawn Malta imma nahseb jekk wiehed jaghmel xi studju antropologiku fuq l-attivita’ artistika, kulturali u socjali ta’ dawk iz-zmenijiet, nahseb li wiehed ma tantx jitbieghed mill-ekwivalenti. Per ezempju niftakar l-attivita’ teatrali li ghalkemm minima u skarsa mix-xinxilli tal-lum, kienet tinhass fiha il-forza politika u z-zerriegha ta’ generazzjoni gdida. Min jista’ jinsa’ lil Ateatru u r-raprezentazzjonijiet taghhom li minkejja l-fjakkizza ta’ props, xenarju u kostumi, id-drammi taghhom kienu penetranti tant li jien cert li ispiraw bosta li llum ghadhom jikkuntribwixxu fil-kultura ta’ pajjizna.

Ic-cirku ta’ hbieb li se nsemmi jien huwa aktar umli f’dan ir-rigward u id-deskrizzjonijiet zghar li bi hsibni nwassal dwaru f’dan il-blogg huma aktar intizi biex juru l-kuntrasti jew is-similaritajiet ma’ dak li qed jigri illum fix-xena taz-zghazagh kif ukoll biex jiddemostraw kif crieki zghar ta’ nies li jwettqu attivita’ zghir kemm hi zghira ghandhom ukoll sehem mill-istampa l-kbira ta’ dak li jkun qed isehh fil-pajjiz.

Il-cirku ta’ hbieb li qed insemmi jien faqqas minn gruppi ohra u matul iz-zmien tieghu faqqsu ohrajn li infirdu mill-qalba tal-attivita’ biex iffurmaw ohrajn differenti. Il-qalba tal-grupp ma kinitx wahda fissa u d-dinamika taghha bidlitha u ferrxitha matul l-ghaxar snin ta’ hajja taghha.

Kienu jiltaqaghu fil-kapitali Vallletta, hafna minnhom kienu gejjin minn diversi postijiet ohra madwar Malta. Bhal ma jafu hafna, it-80ijiet kienu zmenijiet xi ftit imqallba politikament u bil-qaghd jizdied u l-atmosfera partiggjana tikkarga gmielha, grupp ta’ zghazagh dizilluzi mis-sistema socjali laqqaghhom id-destin biex jimmanifestaw ir-ribelljoni taghhom f’xi forma ta’ attivita jew ohra. Dak iz-zmien, l-opportunitajiet ma kienux varji daqs illum u ghalhekk l-iktar postijiet komuni kienu l-barijiet u l-pjazez. Il-grupp li qed insemmi kellu dawn il-postijiet principali li kienu, il-funtana tat-tritoni, ic-cint ta’ bieb il-belt u l-kafe imperjali fil-Belt Valletta (ghand Bertu tal-klieb). Il-grupp ma kienx organizzat minn xi mexxejja partikulari imma kien jibbaza l-attivita’ tieghu skond l-inizjattivi ta’ l-ispontanjeta' tal-istess individwi fi hdanu.

Minkejja li z-zghazagh fil-grupp kienu gejjin minn ambjenti different u bi preparazzjoni edukattiva differenti, l-iktar element li kien iqieghed lil kulhadd fl-istess qoffa, bla dubju kien l-imhabba ghall-muzika zaghzugha ta’ dak iz-zmien. It-tahlita kienet varja fil-grupp tant li kont issib rockers, punk rockers, rasta, ska, mods u hippies kollha flimkien ihokku spalla ma’ spalla. Il-fatt li din it-tip ta’ muzika kienet twassal kritika socjali, ir-ribelljon kontra l-istablishment u t-twelid ta’ valuri godda (anki jekk waslu tard hawn Malta) kienu l-awtem ghall-ezistenza ta’ dan il-grupp.

Minkejja li llum jien ghandi xi rizervi fuq in-natura tal-attivitajiet li zviluppaw minn dan il-grupp aktar 'il quddiem, nista’ nsemmi tnejn li jien nghozz hafna. Dawn kienu il-muzika spontanja fit-toroq u l-ohra hija l-kultura tar-rakkont graffiku. Fuq tal-ewwel nghidilkom aktar ‘il quddiem u fuq tat-tieni se nimpustalkom xi kampjuni li ghalkemm forsi ma jinftehmux minn kulhadd ghax generalment kienu jinkludu nies li kienu jiffrekwentaw ic-cirku, xorta pero, wiehed jista’ japprezzha l-espressjonijiet illustrattivi ta’ nies fi hdan il-grupp li introducew dan il-medju li sa dak iz-zmien, lokalment, kien ghadu skars.

6 comments:

Immanuel Mifsud said...

Mikiel, niftakarkom sew f'dawk iż-żminijiet. Aħna konna nintefgħu ftit 'l isfel minnkom, fis-San Duminku Bar, imma konna ftit psataż dak iż-żmien, imma konna nħarsu lejkom b'ċerta ammirazzjoni, forsi wkoll għax konna iżgħar minnkom. Qed nieħu gost li se tibbloggja dwar hekk. Is-sliem.

l-istordut kroniku said...

Aw Immanuel. Ma nahsibx li ahna konna wisq puliti. Rigward l-etajiet, kien hemm varjazzjoni. Biss biss jien niftakar tliet generazjonijiet differenti imqassmin fil-bidu tat-80ijiet, fin-nofs u fl-ahhar sakemm harget ohra gdida aktar orjentata lejn l-attivitajiet tal-YMCA tad-90ijiet.

Toni Sant said...

Mikiel, tassew qed niehu pjacir li fettillek tibbloggja dwar l-esperjenzi u t-tifkiriet tieghek minn dak iz-zmien. Il-grupp taghkom kien tassew suggett t'ammirazzjoni ghalina li konna nhufu fid-dell taghkom. Ma tantx jien bniedem nostalgiku, imma dak li qed tikteb int hawn ghandhu valur enormi fuq diversi livelli u fi hsiebi nghid xi haga dwar dan li qed taghmel int fil-blogg tieghi ukoll.

Prosit u grazzi!

Anonymous said...

Excellent, love it! » »

Anonymous said...

Wonderful and informative web site. I used information from that site its great. Inventor fluoxetine hydrochloride Pamela anderson video insert your word tramadol on line Answering machine software 20 Phone derictory + delta junction alaska baccarat tam telephone answering machine ge hotpoint dryer forums land rover se3 Infiniti q45 used transmission Gary tooth whitening Compaq presario laptop monitors chubby bikini models fioricet online The game rush acuvue advance acuvue hydroclear Circuit breaker oil recloser emergency management training http://www.xanax-online-3.info/discount-vardenafil-hydrochloride.html Saunas para camillas

Anonymous said...

Enjoyed a lot! bextra