Dal-pajjiz imdewwed bin-nies li jimxu bejn gzuz ta’ binjiet u twapet ta’ toroq li dejjem ifaqqsu ma’ kull jum illi jghaddi. Donnu hadd ma jrid jiddiskuti l-alternattivi biex ma nibqghux fgati f’dan l-gheluq li qed noholqu ahna stessu u biex nizviluppaw mezz ta’ trasport xieraq u nadif. Issa meta rajt dawk it-tabelluni jirriklamaw ucuh dahkana jsuqu l-vetturi taghhom fi sfond bl-istellarju Ewropew u bis-slogan fuqhom jghid “TOROQ GODDA BIEX INT TGHIX AHJAR” bejn ridt nikteb poezija li Mugliette biex infahhru u niringrazzjah tal-gid li qed ixerred fuqna u bejn ridt ninzel minfuq tal-linja, nhaffer hofra u noqghod nghix fiha sakemm jigi Joe Babun joffrili kaxxa cikkulata Mars biex jikkonvincini li l-hajja ta’ fuq hija hafna ahjar mill-hofra li hammilt jien.
F’din il-kwistjoni s-soltu nsawwat lil politici u l-entitajiet komplici maghhom imma kif nista’ nwahhal biss fihom meta l-mentalita’ tal-poplu hija ghagna wahda ta’ konkos iebes li ma turi ebda caqliq lejn il-bidla fil-mod ta’ kif nittrasportaw ruhna f’dal-pajjiz. Is-sondaggi li l-politici jibbazaw fuqhom il-politika taghhom, spiss jindikaw li l-ewwel prijoritajiet tal-poplu huma t-toroq u t-tiswijiet taghhom. Kull darba li nisma’ lill-Prim Ministru jitkellem fuq l-ambjent u t-titjib fl-ghajxien, arah jaqaghlek isemmi t-toroq, ir-roundabouts u s-central strips u l-infrastruttura kollha marbuta mat-toroq. L-oppozizzjoni mill-banda l-ohra l-hin kollu tniggez lil gvern fuq il-herba tat-toroq, it-taxxi fuq il-karozzi u z-zjieda fil-prezz tal-petrol, il-parkeggi bi hlas, il-gwardjani lokali u l-bqija. Il-kuntentizza tal-maltin, wiehed jista’ jikkonferma li tiddependi mill-accessibbilta’ ta’ dawn il-gabubetti fuq erba’ roti.
S’issa, hawn Malta ebda moviment relevanti ghadu ma qam jisfida bis-serjeta din il-qaghda mwieghra. Anki l-ghaqdiet ambjentali juzaw kawtela kbira meta jikritikaw l-invazjoni dejjem tikber tal-karozzi privati. Dan ghax jistghu ikunu ttimbrati bhala estrimisti mill-pubbliku li hu infatwatwat bil-karozzi privati tieghu. Araw fuq il-hamiem li qed jizdied, nisimghu garr u proposti biex nesterminawhom u l-kunsill lokali tal-Furjana sahansitra ha azzjoni drastika kontra l-hamiem. Fuq l-imigranti illegali li dejjem gejjin, ingorru wkoll u nirristriguhom kemm nistghu. Imma fuq it-tniggiz mid-dhahen tal-karrozzi, naghlqu ghajn u minfes u nippuntaw subghajna lejn ix-xarabankijiet. Fuq kemm iwegghu nies bl-incidenti tat-traffiku, nehduha bhala haga normali. Fuq kemm ic-centri tar-rhula u l-bliet taghna saru inaccessibbli ghat-tfal u ghax-xjuh u perikoluzi ghal minn jehodha bil-pass, lanqas biss tghaddilna minn mohhna nipprotestaw kontriha.
Fi gzira ckejkna bhal taghna l-ispazju huwa krucjali ghal sahhitna u ghall-hajja socjali taghna. Sfortunatament dan l-ispazju qed jittiekel b’rata tassew mghaggla mill-fattur tal-popolazzjoni dejjem tikber, mill-bini dejjem tiela’ u mill-karozzi dejjem jizdiedu.. Jekk se nkomplu nintrassu bejn laham, gebel u hadid, kun af li l-unika alternattiva BIEX INT TGHIX AHJAR, mhijiex it-toroq godda ta’ Mugliette imma c-cikkulata ta’ Joe Babun.
No comments:
Post a Comment