4.6.05

Biex int tghix ahjar 2

Jien mhux xi wiehed li nbakkar ghall-gazzetta filghodu biex naqraha mal-kafe tal-fatra. Ghalhekk ghandi l-vantagg li l-ikel ma jinzillix velenu meta nara artiklu bhal dak tal-pagna ta’ wara fuq it-times tal-bierah. “35,500 karozza jghaddu mill-Belt u l-Furjana kuljum”, kien it-titlu ta’ dan l-artiklu. Bongu ghidt f’qalbi. L-artiklu kien ibazzat fuq rapport ta’ studju intern li ghamel il-gvern u li t-times inghatalha l-access biex tarah. Bhalissa l-gvern ghaddej b’xi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku fil-Belt u l-Furjana. X’aktarx l-artiklu kien intenzjonat biex iqajjem l-interess fost il-pubbliku Belti u Furjaniz sabiex jattendi ghal dawn il-laqghat. Ir-rapport tal-istudju kif irrapportatu t-times juri figuri u sitwazzjonijiet allarmanti izda ghal minn jahdem jew jghix f’dawn l-inhawi, dawn is-sitwazzjonijiet huma realta’ ta’ kuljum. L-ammont esagerat ta’ karozzi ccirkulati fil-belt hu ovvju ghal kulhadd. Biss biss jekk tieqaf tghodd il-karozzi li jghaddu f’minuta wahda fi triq il-merkanti filghodu jew filghaxija iggibhom xi hmistax-il wahda kull minuta jigifieri madwar 900 karozza kull siegha.

L-istatistici llum naghtuhom hafna piz imma mhux dejjem inkunu lesti li nagixxu fuq l-indikazzjonijiet li johorgu minnhom. Bhal Dottor Jekyll u s-sur Hyde il-gazzetti jippubblikaw artikli fattwali ta’ dan it-tip biex izommu mal-etika gurnalistika u jirrappurtaw kollox ( jew fil-kaz tat-times biex taqdi l-gvern). Imbaghad l-ghada kollox jerga’ jorqod u jkomplu bl-istess doza ta’ riklami favur ix-xiri tal-karozzi ghax b’hekk idawwru r-rota.. Ebda gurnal jew gazzetta ma ghandha s-sahha u l-hila biex tadottat politika editorjali ferma u dinamika sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-genn taghna ghal gabubetti t’erba’ roti. Dan ghax mill-ghada li tiddikjara l-kampanja miftuha, tibda’ tara l-bejgh jonqos u ir-riklami tac-cappa jinxfu. Id-dinja rota u x-xitan idawwarha fuq il-fus tal-flus.

Il-gvern, inhoss jien, bhalissa qieghed bhal akrobata fuq habel stirat bejn irid ihalli x-xiri ghaddej ghax idahhal somom hoxnin ta’ flus mit-taxxi u bejn irid jiffranka l-belli liri mill-mard u l-incidenti li l-karozzi qed jikkawzaw. Sa issa jidher li l-mizien tal-gwadan ekonomiku kien qed ixaqleb lejn id-dhul goff mit-taxxi u l-multi li jiggeneraw il-karozzi. Pero wara snin twal ta’ dikjarazzjonijiet minn Missier Malta Ewropea li x-xiri tal-karozzi hu sinjal tal-gid fil-pajjiz, fil-fratemp, l-ebda mizuri ma’ ttiehdu biex nevitaw it-tsunami ta’ vetturi privati li qed jghaddsu pajjizna taht shaba emissjonijiet tossici. Il-barometru tas-sinjali taz-zminijiet ta’ papa Malewro ma hadimlux sew fuq dil-bicca ghax ma kkalkulax il-mard repiratorju u l-allergiji u nies immankati b’xi daqqa ta’ karozza.

Imma li hu tal-gvern irrid naghtihulu ghax introduca l-VRT, taqqal l-ezami tas-sewqan, gholla l-petrol u d-diesel biex in-nies jsuqu inqas, dahhal id-dixxiplina bil-gwardjani lokali li minn rebus u dizordni gabu t-traffiku iktar organizzat, introduca l-lejnijiet tal-linja u affarijiet ohra li jikkonvincu lis-sewwieqa biex jabbandunaw il-vizzju tas-sewqan. Ghal dan it-tentattiv kuragguz biex irrazzan il-mewga ta’ iktar sidien ta’ karozzi, ninzaghlu l-kappell. Imma fil-verita’ flok naqqsu s-sewwieqa privati, aktar zdiedu filwaqt li zdied ukoll it-thaxwix tal-liri fil-but tal-gvern.

Il-karozza hija wisq maghguna fil-psike taghna. Sa minn tfal nilghabu bil-paqqa u sa minn eta’ zghira nitlebilbu biex inpoggu fuq sit ta’quddiem bl-istering f’idejna u naghfsu il-pedala tal-gass. L-idea tal-mobilta’ taghna minn post ghal iehor hija dik li tabilfors irrid ikollna il-karozza privata taghna biex ninqdew u nkunu komdi.

Il-karozza toffri wkoll idea ta’ status, moda u indipendenza. Imma dan kollu ghal hafna gab ix-xikel tad-dejn ma saqajna.Ghalkemm minghalina komdi nistennew fit-traffiku iggammjat, jew cool ghax influwenzati mir-riklami, tohrog il-mistoqsija pertinenti jekk sirniex sjavi ta’ sistema fejn biex ticcaqlaq minn banda ghal ohra trid iggorr mieghek nofs tunellata hadid u lasktu, tokkupa arja sbatax-il darba iktar mill-hxuna tieghek, iddum siegha biex issibilha post fejn tipparkjaha u timpalalha l-liri biex tmantnieha u timmanutenzjonha.

Naf li qazzist ‘il xi whud nghid kontra l-karozzi imma nemusa toqros iccaqlaq bniedem u jekk xi darba naslu biex ngeddu l-istil ta’ hajjitna fejn ma inkunx dependenti minn din il-karozzella tal-holm, allura imbaghad dakinhar inkunu tassew iktar hielsa. Nibdew nitqazzu zgur, meta nifthu l-gazzetti u naraw ir-riklami tal-karozzi li jippruvaw ibighulna l-fantasija.

No comments: