8.4.05

Rakkont grafiku

Il-laqgha li kelli lbierah ma siehba Lorry kienet fertili hafna. Propjament konna qed niltaqghu biex nissoktaw bit-tifsil ta’ rakkont grafiku. Dan ghadu fl-infanzja tieghu imma x-xoghol tiela’ gmielu. Sadanittant jien qed nahdem fuq progett ta’ siehbi l-Guz li hu wkoll fil-forma grafika imma iktar umoristiku. Dan il-progett hu l-holma tal-Guz u tieghi ukoll u din tikkonsisti f’fuljett grafiku u komiku li jqajjem interess u gharfien dwar l-ambjent, l-istorja, il-kultura u l-hajja socjali ingenerali Maltija.

Dan il-fuljhett jinsab lest mix-xoghol kollu u lest. Qed jistenna biss li jsib xi stampatur/pubblikatur li jidhollu u jurih id-dawl tax-xemx. Din mhix haga facli li ssib peress li hawn Malta m’ghandniex il-kultura tal-qari tal-comics jew fumetti. Il-kelma comic jien stess jekk tinnotaw, qed nipprova nevitaha ghax lokalment ghandha konnotazzjonijiet ta’ hmerijiet u zinnijiet bla sens bhal ma wiehed isib fil-Beano u d-Dandy. Kif nafu fil-kulturi Ewropej il-Bande Dessinee kif isejhulu l-Francizi, il-fumetto Taljan u l-comic Ingliz, kollha ghandhom l-aspett adult u serju fihom. Hawn Malta, l-istorja hi differenti hafna. Kullinkwa fuljett jew ktieb li jsegwi rakkont bit-tpengijiet bhall-comic allura, hmerijiet.

Hawn qed nipprova nibbilancja bhal akrobata. Infatti x-xoghol f’dan il-fuljett ta’ tpengijiet jien eliminajt il-glied tal-gajijiet, ic-cajt tad-daqqiet , l-sparar u l-klixejiet tal-comics kollha. U issa f’idi ghandi bicca xoghol ghal kollox cassa hdejn l-ispluzjonijiet , il-velocitajiet u l-mostri li jaraw it-tfal illum. Il-messagg qieghed hemm imma m’ghandux il-laqta mehtiega. Dain hu frustranti li ma nghidilkomx, imma x’aktar li se jkolli indahal minn dawn l-elementi ta’ XPAHH!, PIMM!, BUMM! biex forsi ix-xoghol kollu li ghamilt jibda jdoqq f’widnejn l-istampaturi u jlellex f’ghajnejn il-pubblikaturi.

Ghalina malajr!

5 comments:

Erezija said...

jinstema' interessanti xoghlkom... nixtieq narah xi darba, stampat jew le...

gybexi said...

Hawn hu l-veru Corto Maltese!

Kenneth said...

Forsi ma tantx se ddoqq għal widnejk għax ma trendix qligħ (għall-bidu)... imma għalfejn ma titħajjarx tibda tippubblikah fuq l-internet? Ngħidu aħna, wieħed kuljum, jew wieħed fil-ġimgħa, għall-bidu.

Comics bħal Dilbert, għalkemm wieħed irid jammetti li dawn huma ppubblikati wkoll fil-gazzetti, għandhom fama inkredibbli online.

Jista' jkun li xi pubblikaturi jaraw li qabad sew fuq l-Internet umbagħad jitħajru jippubblikawh... Mix-xejn trid tibda: il-profitt u s-suċċess jiġu wara! Qis sew il-potenzjal ta' l-internet għax konvint li tista' tisfruttah tajjeb ħafna.

l-istordut kroniku said...

Skuzawni nies ma kontx naf li d-djarju eletroniku tieghi qed jinqara. Difatti kelli problema biex insibu jien stess. Grazzi tal-kummenti taghkom. Jalla xi darba taraw il-comic stampat u rigward il-potenzjal tal-internett naf bih imma ghadni qed nipprova naqbad art ta' din id-dimensjoni webika.

Grazzi hbieb.
mikiel l-istordut

Anonymous said...

nistiednek izzur il-website tieghi.

Apokalupsis Comics

Grazzi. Ghandi pagna fuq l-istorja tal-comics maltin, issa nzid referenza u link lis-site tieghek jekk ma jimpurtax. Ciao!