19.4.05

kultura fit-titotla

Il-kummenti tieghi fuq il-kultura lokali ma jistghux ikunu accettati bhala validi minhabba li jien ghext f'distanza komparattiva minn dawk li kienu kompletament imghaddsin fiha. Dan gara minhabba l-limitazzjoni finanzjarja li dejjem kelli biex nattendi l-veni fejn isiru rapprezentazzjonijiet. Raguni ohra hija d-deficjenza edukattiva li dejjem kelli biex nifhem u napprezza b'mod profond ir-rikkezza jew in-nuqqas ta' rikkezza prezenti fis-socjeta taghna. Dan illimitali l-access biex niffrekwenta c-crieki li kienu qed ibaqbqu bl-gharfien u bl-entuzjazmu biex icaqilqu l-menti u s-sentimenti tal-poplu taghna.

Min-naha l-ohra meta harist lejja nnifsi u rajt x'aft indunajt li ma stajt qatt nilhaq livell fejn inkun parti mid-djalogu u hidma lejn l-zvilupp kulturali. Dan kollu ma kienx hazin ghall-ahhar ghax zammni lura milli ninqabad f'xibka ta' intellettwalita u pretensjonijiet li jgenglu bhal landa vojta. Dan mhux qed nghidu b'antipatija jew ghira lejn dawk li jipproducu l-arti imma bi kritika modesta biex niprova nigbed l-attenzjoni taghhom li l-espressjoni artistika qed tintefah u toghla 'l fuq u titbieghed mill-art fejn tghix il-maggoranza tal-poplu. Tentattivi saru biex it-teatru Manoel jiffrekwentah kulhadd . Jien wiehed minn dawk li meta attendejt u sibt li l-formalita tnaffar li dawk li mhumiex imdorrijiet biha. Allura jekk wiehed irird izomm il-Manoel formali u serju, l-attivitajiet ghandhom ukoll johorgu fil-pjazez, fil-kafejiet u fit-titotli. Punt interessanti li kien semma Paul Portelli l-attur, waqt id-diskussjoni jekk it-teatru l-imwaqqa' ghandux jinbena bhala parlament, kien qal li dan imissu ilu jintuza bhala vena aperta ghall-attivitajiet kulturali. Ghaliex hafna jfittxu l-postijiet li huma l-inqas accessibbli ghal dawk li ghandhom bzonn ikunu esposti ghall-espressjoni genwina artistika.

Hafna huma l-fatturi li jikkontribwixxi ghal dan. Wahda minnhom hija li llum hadd ma jahdimlek dawk is-sighat kollha ghal xejn. Ohra hija l-biza' li x-xoghol tieghek ma jkunx apprezzat bizzejjed. Ohra hija li wiehed jistenna li jkun ikkummentat jew ikkumplimentat minn xi kritiku gwapp f'xi gurnal u allura l-iskop ahhari forsi ikun, ir-rikonoxximent fic-crieki elevati tas-socjeta.

Il-kultura taghna l-maltin hija bhall-kcina taghna. Ftit nafu f'hiex tikkonsisti. Qed nieklu dak kollu li jigi quddiemna li ghandu tikketta ta' barra u li hu ppakkjat bl-isbah mod. La nafu x'inhi l-fatra taghna u lanqas irridu inkunu nafu. Nikkuntentaw billi nieku c-cerali pprocessat li nimpurtaw minn pajjiz in-nemex.

L-izvilupp tal-kultura kif ninfhmu jien bil-mod stordut tieghi jista jinbena billi nxerduh fostna u nikkultivawh, aktar milli nittantaw nesportaw ideat riciklati li diga kienu importat sa mill-bidunett.

1 comment:

Rutubet İnfo said...
This comment has been removed by a blog administrator.