“L-erwieħ jifirxu s-sarvetta”
Hekk kienu jgħidu meta jasal it-2 ra’ Novembru, jiġifieri jum l-erwieħ kollha. Dan ghax kienu jemmnu li f’dan il-jum meta niftakru fil-mejtin, l-erwieħ fil-purgatorju jkunu qed jistennew il-ħniena u s-sufraġju tal-ħajjin. Għalhekk kienu jgħidu li "l-erwieħ jifirxu is-sarvetta" jiġifieri ikun qed jistennew bil-ħerqa it-talb u l-għotjiet tal-ħajjin sabiex itaffu mit-tbatijiet tagħhom fil-purgatorju. Għaldaqstant f’dan il-jum il-Maltin kienu juru ġenerożità kbira mal-foqra.Aktar tagħrif : L-għid tal-Erwieħ

No comments:
Post a Comment