10.2.06

Strixxiklu Ġdid

9.2.06

Rifsa blogg

Aw bloggejja! Niskuża ruħi ma’ dawk li kultant jittawlu f’dan il-blogg biex josservaw l-isturdamneti tiegħi u ma jsibu xejn. Il-kurrenti tal-ħajja jafu jitfgħuk fejn ma tkunx trid tmur. Barra minn hekk, dan il-blogg jiddependi qatigħ fuq ir-rimiżolji teknoloġiċi u dan l-aħħar, dawn ħabbtuni mhux ħażin. Issa li xtrajt skenjatur ġdid il-ħajja reġgħet lura għan-normal.

Kont qed nippjana xi strixxikli ġodda biex inperriċċhom fuq dan il-blogg ,għalhekk dawk li ilhom bil-ħerqa jistennew xi strixxiklu, ngħidilhom, min jistenna jithe_ _ a. (Imlew il-vojt intom).

Li qanqalni biex nerġa’ nirfes fi bloggosfera hija din il-kwistjoni tal-karikaturi Daniżi. Kemm ilni ninteressa ruħi fil-politika madwar id-dinja, qatt ma niftakar li karikatura ħolqot daqshekk kjass. Xi wħud jgħidu li din hija t-tibna li qasmet dahar il-ġemel. Il-karikaturi bħala medju, għandu impatt kbir minħabba l-aspett viżiv tiegħu u għalhekk jirbaħ vantaġġ fuq il-kelma miktuba. Ftit taż-żmien ilu rċevejt tronka ta’ xi għaqda ta’ karikaturisti mid-dinja kollha u li biha kienu qed jitolbuni ningħaqad magħhom sabiex juru l-potenza tagħhom quddiem il-mexxejja tad-dinja. Din il-biċċa li l-karikaturisti joqgħodu jisserdqu bil-poteri grafiċi tagħhom rajhta kontradittorja u tistona meta propju xogħol il-karikaturist hu li jattakka l-istess poter. Għalhekk injurajtha u tfajtha f’postha jiġifieri fil-landa taż-żibel tal-computer.

Lura għall-karikaturi Daniżi. Dawn missew punt sensittiv ħafna, forsi bi żvista imma jista ukoll b’intenzjoni. Jien hekk nemmen. Kull penġej politiku jipprova jolqot fejn juġa’ biex idagħjjef lill-avversarju. Il-karikaturist ħieles u responsabbli ma jpenġix biss għan-nej u l-misjur, imma għaliex għandu aġenda politika. Flimkien ma’ l-editur jew pubblikatur din l-aġenda politika ġġib magħha responsabbilta’ kbira, għaliex kull rixa li titwaddab fl-ajru jista’ jkollha l-konsegwenzi tagħha.

Nixtieq inkompli nwessa’ l-argument tiegħi fuq dan il-każ tal-karikaturi Daniżi imma m’għandix il-ħin. Forsi tkun darb’oħra.

Kelma waħda biss fuq il-liberta’ tal-istampa. Din hija wkoll għodda politika u kull kulħadd jużaha kif jaqbillu kif jispjega dan l-artiklu fuq sit webiku.

Għal haw’ nies.

2.1.06

Ikompli u jintemm l-istrixxiklu Karolla (1986)

Ibda aqra minn isfel skond in-nru. tal-paġna.




p32 Posted by Picasa

p31 Posted by Picasa

p30 Posted by Picasa

p29 Posted by Picasa

p28 Posted by Picasa

p27 Posted by Picasa

1.1.06

Is-Sena tajba lil kulhadd.


Ikompli l-istrixxiklu Karolla (1986)

Ibda aqra minn isfel skond in-nru. tal-paġna.




p26 Posted by Picasa

p25 Posted by Picasa

p24 Posted by Picasa

p23 Posted by Picasa

31.12.05

Ikompli l-istrixxiklu Karolla (1986)

Ibda aqra minn isfel skond in-nru. tal-paġna.



p22 Posted by Picasa

p21 Posted by Picasa

p20 Posted by Picasa

p19 Posted by Picasa

30.12.05

Ikompli l-istrixxiklu Karolla (1986)

Ibda aqra minn isfel skond in-nru. tal-paġna.



p18




p17



p16



p15

29.12.05

Karolla

X'hemm bloggosindikajri !. Ilkom ma taraw xi tħarbixiet storduti mingħandi. Għas-sena d-dieħla kk'alla jrid. Għalissa se nissokta nimpustalkom il-kumplament tal-istrixxiklu KOKO nru 10 (Karolla) li kont bdejtilkom fit-18.07.2005. Dan hu strixxiklu ta' xi tmintax-il sena ilu imma naħseb li għadu adattat għaż-żminijiet tal-lum. L-istorja tirrakkonta kif jiena u l-Mangi fil-Milied tal-2020 konna qed nixorbu għand Bertu. Filwaqt li konna qed ingorru fuq kemm għaddejna Milidijiet tal-qamel, jidhrilna seħibna l-mejjet Pawlu l-Lennon u jipprova jdawwrilna dan il-ħsieb.

Iddivertu.

(Ibdew aqrawh minn isfel, skond in-nru. tal-paġna)



p14


p13



p12


p 11


p10

25.10.05

24.10.05