28.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p7 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha.) L-istorja s'issa: Joe Hasan il-pijunier tal-paqqamanija waqqa' fit-tentazzjoni lil Cikku u l-poplu tieghu biex jillibera ruhi mill-mixi u mit-trasport pubbliku billi jibda juza l-paqqa. Sa mill-bidu, Cikku infatwa ruhu mal-paqqa u zzewwigha minkejja x-xikel finanzjarju. Il-harsien u l-prezervazzjoni tal-ghaziza paqqa tieghu, gablu holm ikrah u hmir il-lejl. L-ghefiered ta' gwardjani lokali wasluh f'nervozizmu kbir u kellu jirrikorri ghand qassis biex jehles mill-maghmul. Posted by Hello

27.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p6 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha) Posted by Hello

21.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p5  Posted by Hello

9.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p4 (ikklikkjaha biex tkabbarha) Posted by Hello

6.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p3 {ikklikkjaha biex tkabbarha) Posted by Hello

4.6.05

Biex int tghix ahjar 2

Jien mhux xi wiehed li nbakkar ghall-gazzetta filghodu biex naqraha mal-kafe tal-fatra. Ghalhekk ghandi l-vantagg li l-ikel ma jinzillix velenu meta nara artiklu bhal dak tal-pagna ta’ wara fuq it-times tal-bierah. “35,500 karozza jghaddu mill-Belt u l-Furjana kuljum”, kien it-titlu ta’ dan l-artiklu. Bongu ghidt f’qalbi. L-artiklu kien ibazzat fuq rapport ta’ studju intern li ghamel il-gvern u li t-times inghatalha l-access biex tarah. Bhalissa l-gvern ghaddej b’xi diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku fil-Belt u l-Furjana. X’aktarx l-artiklu kien intenzjonat biex iqajjem l-interess fost il-pubbliku Belti u Furjaniz sabiex jattendi ghal dawn il-laqghat. Ir-rapport tal-istudju kif irrapportatu t-times juri figuri u sitwazzjonijiet allarmanti izda ghal minn jahdem jew jghix f’dawn l-inhawi, dawn is-sitwazzjonijiet huma realta’ ta’ kuljum. L-ammont esagerat ta’ karozzi ccirkulati fil-belt hu ovvju ghal kulhadd. Biss biss jekk tieqaf tghodd il-karozzi li jghaddu f’minuta wahda fi triq il-merkanti filghodu jew filghaxija iggibhom xi hmistax-il wahda kull minuta jigifieri madwar 900 karozza kull siegha.

L-istatistici llum naghtuhom hafna piz imma mhux dejjem inkunu lesti li nagixxu fuq l-indikazzjonijiet li johorgu minnhom. Bhal Dottor Jekyll u s-sur Hyde il-gazzetti jippubblikaw artikli fattwali ta’ dan it-tip biex izommu mal-etika gurnalistika u jirrappurtaw kollox ( jew fil-kaz tat-times biex taqdi l-gvern). Imbaghad l-ghada kollox jerga’ jorqod u jkomplu bl-istess doza ta’ riklami favur ix-xiri tal-karozzi ghax b’hekk idawwru r-rota.. Ebda gurnal jew gazzetta ma ghandha s-sahha u l-hila biex tadottat politika editorjali ferma u dinamika sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-genn taghna ghal gabubetti t’erba’ roti. Dan ghax mill-ghada li tiddikjara l-kampanja miftuha, tibda’ tara l-bejgh jonqos u ir-riklami tac-cappa jinxfu. Id-dinja rota u x-xitan idawwarha fuq il-fus tal-flus.

Il-gvern, inhoss jien, bhalissa qieghed bhal akrobata fuq habel stirat bejn irid ihalli x-xiri ghaddej ghax idahhal somom hoxnin ta’ flus mit-taxxi u bejn irid jiffranka l-belli liri mill-mard u l-incidenti li l-karozzi qed jikkawzaw. Sa issa jidher li l-mizien tal-gwadan ekonomiku kien qed ixaqleb lejn id-dhul goff mit-taxxi u l-multi li jiggeneraw il-karozzi. Pero wara snin twal ta’ dikjarazzjonijiet minn Missier Malta Ewropea li x-xiri tal-karozzi hu sinjal tal-gid fil-pajjiz, fil-fratemp, l-ebda mizuri ma’ ttiehdu biex nevitaw it-tsunami ta’ vetturi privati li qed jghaddsu pajjizna taht shaba emissjonijiet tossici. Il-barometru tas-sinjali taz-zminijiet ta’ papa Malewro ma hadimlux sew fuq dil-bicca ghax ma kkalkulax il-mard repiratorju u l-allergiji u nies immankati b’xi daqqa ta’ karozza.

Imma li hu tal-gvern irrid naghtihulu ghax introduca l-VRT, taqqal l-ezami tas-sewqan, gholla l-petrol u d-diesel biex in-nies jsuqu inqas, dahhal id-dixxiplina bil-gwardjani lokali li minn rebus u dizordni gabu t-traffiku iktar organizzat, introduca l-lejnijiet tal-linja u affarijiet ohra li jikkonvincu lis-sewwieqa biex jabbandunaw il-vizzju tas-sewqan. Ghal dan it-tentattiv kuragguz biex irrazzan il-mewga ta’ iktar sidien ta’ karozzi, ninzaghlu l-kappell. Imma fil-verita’ flok naqqsu s-sewwieqa privati, aktar zdiedu filwaqt li zdied ukoll it-thaxwix tal-liri fil-but tal-gvern.

Il-karozza hija wisq maghguna fil-psike taghna. Sa minn tfal nilghabu bil-paqqa u sa minn eta’ zghira nitlebilbu biex inpoggu fuq sit ta’quddiem bl-istering f’idejna u naghfsu il-pedala tal-gass. L-idea tal-mobilta’ taghna minn post ghal iehor hija dik li tabilfors irrid ikollna il-karozza privata taghna biex ninqdew u nkunu komdi.

Il-karozza toffri wkoll idea ta’ status, moda u indipendenza. Imma dan kollu ghal hafna gab ix-xikel tad-dejn ma saqajna.Ghalkemm minghalina komdi nistennew fit-traffiku iggammjat, jew cool ghax influwenzati mir-riklami, tohrog il-mistoqsija pertinenti jekk sirniex sjavi ta’ sistema fejn biex ticcaqlaq minn banda ghal ohra trid iggorr mieghek nofs tunellata hadid u lasktu, tokkupa arja sbatax-il darba iktar mill-hxuna tieghek, iddum siegha biex issibilha post fejn tipparkjaha u timpalalha l-liri biex tmantnieha u timmanutenzjonha.

Naf li qazzist ‘il xi whud nghid kontra l-karozzi imma nemusa toqros iccaqlaq bniedem u jekk xi darba naslu biex ngeddu l-istil ta’ hajjitna fejn ma inkunx dependenti minn din il-karozzella tal-holm, allura imbaghad dakinhar inkunu tassew iktar hielsa. Nibdew nitqazzu zgur, meta nifthu l-gazzetti u naraw ir-riklami tal-karozzi li jippruvaw ibighulna l-fantasija.

2.6.05


Strixxiklu satiriku PAQQAMANIJA p2 (ikklikkja fuqha biex tkabbarha) Posted by Hello

BIEX INT TGHIX AHJAR (?)

Dal-pajjiz imdewwed bin-nies li jimxu bejn gzuz ta’ binjiet u twapet ta’ toroq li dejjem ifaqqsu ma’ kull jum illi jghaddi. Donnu hadd ma jrid jiddiskuti l-alternattivi biex ma nibqghux fgati f’dan l-gheluq li qed noholqu ahna stessu u biex nizviluppaw mezz ta’ trasport xieraq u nadif. Issa meta rajt dawk it-tabelluni jirriklamaw ucuh dahkana jsuqu l-vetturi taghhom fi sfond bl-istellarju Ewropew u bis-slogan fuqhom jghid “TOROQ GODDA BIEX INT TGHIX AHJAR” bejn ridt nikteb poezija li Mugliette biex infahhru u niringrazzjah tal-gid li qed ixerred fuqna u bejn ridt ninzel minfuq tal-linja, nhaffer hofra u noqghod nghix fiha sakemm jigi Joe Babun joffrili kaxxa cikkulata Mars biex jikkonvincini li l-hajja ta’ fuq hija hafna ahjar mill-hofra li hammilt jien.

F’din il-kwistjoni s-soltu nsawwat lil politici u l-entitajiet komplici maghhom imma kif nista’ nwahhal biss fihom meta l-mentalita’ tal-poplu hija ghagna wahda ta’ konkos iebes li ma turi ebda caqliq lejn il-bidla fil-mod ta’ kif nittrasportaw ruhna f’dal-pajjiz. Is-sondaggi li l-politici jibbazaw fuqhom il-politika taghhom, spiss jindikaw li l-ewwel prijoritajiet tal-poplu huma t-toroq u t-tiswijiet taghhom. Kull darba li nisma’ lill-Prim Ministru jitkellem fuq l-ambjent u t-titjib fl-ghajxien, arah jaqaghlek isemmi t-toroq, ir-roundabouts u s-central strips u l-infrastruttura kollha marbuta mat-toroq. L-oppozizzjoni mill-banda l-ohra l-hin kollu tniggez lil gvern fuq il-herba tat-toroq, it-taxxi fuq il-karozzi u z-zjieda fil-prezz tal-petrol, il-parkeggi bi hlas, il-gwardjani lokali u l-bqija. Il-kuntentizza tal-maltin, wiehed jista’ jikkonferma li tiddependi mill-accessibbilta’ ta’ dawn il-gabubetti fuq erba’ roti.

S’issa, hawn Malta ebda moviment relevanti ghadu ma qam jisfida bis-serjeta din il-qaghda mwieghra. Anki l-ghaqdiet ambjentali juzaw kawtela kbira meta jikritikaw l-invazjoni dejjem tikber tal-karozzi privati. Dan ghax jistghu ikunu ttimbrati bhala estrimisti mill-pubbliku li hu infatwatwat bil-karozzi privati tieghu. Araw fuq il-hamiem li qed jizdied, nisimghu garr u proposti biex nesterminawhom u l-kunsill lokali tal-Furjana sahansitra ha azzjoni drastika kontra l-hamiem. Fuq l-imigranti illegali li dejjem gejjin, ingorru wkoll u nirristriguhom kemm nistghu. Imma fuq it-tniggiz mid-dhahen tal-karrozzi, naghlqu ghajn u minfes u nippuntaw subghajna lejn ix-xarabankijiet. Fuq kemm iwegghu nies bl-incidenti tat-traffiku, nehduha bhala haga normali. Fuq kemm ic-centri tar-rhula u l-bliet taghna saru inaccessibbli ghat-tfal u ghax-xjuh u perikoluzi ghal minn jehodha bil-pass, lanqas biss tghaddilna minn mohhna nipprotestaw kontriha.

Fi gzira ckejkna bhal taghna l-ispazju huwa krucjali ghal sahhitna u ghall-hajja socjali taghna. Sfortunatament dan l-ispazju qed jittiekel b’rata tassew mghaggla mill-fattur tal-popolazzjoni dejjem tikber, mill-bini dejjem tiela’ u mill-karozzi dejjem jizdiedu.. Jekk se nkomplu nintrassu bejn laham, gebel u hadid, kun af li l-unika alternattiva BIEX INT TGHIX AHJAR, mhijiex it-toroq godda ta’ Mugliette imma c-cikkulata ta’ Joe Babun.